Joseph Vella

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Joseph Vella
Ħajja
Twelid Rabat, 1 Jannar 1942, 9 Jannar 1942
Mewt Marsalforn (en) Translate, 25 Frar 2018
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni mużiċist

Joseph Vella (Rabat, Għawdex, 9 ta' Jannar 194225 ta' Frar 2018) kien kompożitur, professur tal-Mużika u Direttur tal-Orkestra Filarmonika Maltija u Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella tal-belt Victoria.

Studju[immodifika | immodifika s-sors]

Iggradwa bħala għalliem u studja l-mużika ma’ missieru. Huwa speċjalizza fl-istudji mużikali tiegħu f’Durham.

Mużika[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1994 inħatar bħala Associate Professor fid-Dipartiment tal-Istudji Mużikali fl-Università ta’ Malta. Il-portafoll tiegħu jinkludi l-kompożizzjoni ta’ 110 xogħol mużikali li jinkludu ħames sinforniji u seba’ kunċerti.

Ix-xogħlijiet mużikali tiegħu kienu interpretati fl-Ewropa, il-Kanada, l-Istati Uniti u l-Ġappun. Huwa kien ukoll id-Direttur tas-Soċjetà Korali Maltija u waqqaf il-kor tal-Akkademja.

Huwa nħatar bħala d-Diretttur mużikali tat-teatru tal-Astra Opera.

Għal 48 sena kien Surmast Direttur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella tar-Rabat Għawdex, liema banda baqa’ jidderieġi sal-ġurnata tal-mewt hekk kif il-banda Ġorġjana rrekordjat sett ta’ marċi Funebri taħt id-direzzjoni tiegħu fit-Teatru Astra fl-għodwa tal-jum li fih miet.

Bħala direttur artistiku tat-Teatru Astra, huwa dderieġa lill-Orkestra Nazzjonali f’bosta opri bħall-‘Aida’, ‘Turandot’, ‘Nabucco’ u ‘La Traviata’.

Huwa serva għal 40 sena bħala Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat Malta.

Is-Surmast Joseph Vella kien ukoll l-ewwel direttur residenti tal-Orkestra Filarmonika Maltija.

Mewt[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar il-25 ta' Frar 2018 hu miet fl-età ta' 76 sena.[1][2] Dan wasal fl-istess ġurnata fejn il-mużew "Il-Ħaġar" fetaħ esebizzjoni bix-xogħlijiet tiegħu u tnedija ta' ktieb f'għeluq il-ħames snin mill-ftuħ tal-istess mużew.[3] Għal din l-okkażjoni, Vella stqarr "Meta jiena ma nkunx hawn, il-mużika tiegħi se tibqa' integra, u mhux titferrex".[4] Il-funeral sar fit-3 ta' Marzu ġewwa l-Bażilika ta' San Ġorġ fejn ittieħed f'korteo bil-parteċipazzjoni tal-Banda La Stella u l-Banda Konti Ruġġieri tar-Rabat, Malta.

Kondoljanzi waslu minn diversi membri tal-isfera pubblika. It-tenur ta' fama internazzjonali Joseph Calleja ddeskriva lil Maestro Joseph Vella bħaġa ġgant tal-integrità mużikali u mimli bl-imħabba għal Għawdex. Joseph Calleja faħħar ix-xogħol ta' Vella waqt li fakkar li kienu hu li tah l-ewwel opportunità fuq il-palk ta' 19-il sena.[5]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "St George's Maestro di Cappella sadly passes away" (bl-Ingliż). Bażilika ta' San Ġorġ. 2018-02-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-02-26.
  2. ^ "Conductor Joseph Vella passes away" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2018-02-26.
  3. ^ "Il-Ħaġar Museum hails Mro Joseph Vella: "A Life for Music"" (bl-Ingliż). Heart of Gozo. 2018-03-02.
  4. ^ Cassar, Daphne (2018-02-26). "Donnha qalbu ħebritu li kien se jmut ftit sigħat wara". TVM.
  5. ^ Messaġġ ta' Joseph Calleja, paġna uffiċjali fuq Facebook

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]