Joseph Vella
Joseph Vella | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Rabat, 1 Jannar 1942, 9 Jannar 1942 |
Mewt | Marsalforn, 25 Frar 2018 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | mużiċist |
Joseph Vella (Rabat, Għawdex, 9 ta' Jannar 1942 – 25 ta' Frar 2018) kien kompożitur, professur tal-Mużika u Direttur tal-Orkestra Filarmonika Maltija u Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella tal-belt Victoria.
Studju
[immodifika | immodifika s-sors]Iggradwa bħala għalliem u studja l-mużika ma’ missieru. Huwa speċjalizza fl-istudji mużikali tiegħu f’Durham.
Mużika
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1994 inħatar bħala Associate Professor fid-Dipartiment tal-Istudji Mużikali fl-Università ta’ Malta. Il-portafoll tiegħu jinkludi l-kompożizzjoni ta’ 110 xogħol mużikali li jinkludu ħames sinforniji u seba’ kunċerti.
Ix-xogħlijiet mużikali tiegħu kienu interpretati fl-Ewropa, il-Kanada, l-Istati Uniti u l-Ġappun. Huwa kien ukoll id-Direttur tas-Soċjetà Korali Maltija u waqqaf il-kor tal-Akkademja.
Huwa nħatar bħala d-Diretttur mużikali tat-teatru tal-Astra Opera.
Għal 48 sena kien Surmast Direttur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella tar-Rabat Għawdex, liema banda baqa’ jidderieġi sal-ġurnata tal-mewt hekk kif il-banda Ġorġjana rrekordjat sett ta’ marċi Funebri taħt id-direzzjoni tiegħu fit-Teatru Astra fl-għodwa tal-jum li fih miet.
Bħala direttur artistiku tat-Teatru Astra, huwa dderieġa lill-Orkestra Nazzjonali f’bosta opri bħall-‘Aida’, ‘Turandot’, ‘Nabucco’ u ‘La Traviata’.
Huwa serva għal 40 sena bħala Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat Malta.
Is-Surmast Joseph Vella kien ukoll l-ewwel direttur residenti tal-Orkestra Filarmonika Maltija.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar il-25 ta' Frar 2018 hu miet fl-età ta' 76 sena.[1][2] Dan wasal fl-istess ġurnata fejn il-mużew "Il-Ħaġar" fetaħ esebizzjoni bix-xogħlijiet tiegħu u tnedija ta' ktieb f'għeluq il-ħames snin mill-ftuħ tal-istess mużew.[3] Għal din l-okkażjoni, Vella stqarr "Meta jiena ma nkunx hawn, il-mużika tiegħi se tibqa' integra, u mhux titferrex".[4] Il-funeral sar fit-3 ta' Marzu ġewwa l-Bażilika ta' San Ġorġ fejn ittieħed f'korteo bil-parteċipazzjoni tal-Banda La Stella u l-Banda Konti Ruġġieri tar-Rabat, Malta.
Kondoljanzi waslu minn diversi membri tal-isfera pubblika. It-tenur ta' fama internazzjonali Joseph Calleja ddeskriva lil Maestro Joseph Vella bħaġa ġgant tal-integrità mużikali u mimli bl-imħabba għal Għawdex. Joseph Calleja faħħar ix-xogħol ta' Vella waqt li fakkar li kienu hu li tah l-ewwel opportunità fuq il-palk ta' 19-il sena.[5]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "St George's Maestro di Cappella sadly passes away" (bl-Ingliż). Bażilika ta' San Ġorġ. 2018-02-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-02-26.
- ^ "Conductor Joseph Vella passes away" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2018-02-26.
- ^ "Il-Ħaġar Museum hails Mro Joseph Vella: "A Life for Music"" (bl-Ingliż). Heart of Gozo. 2018-03-02.
- ^ Cassar, Daphne (2018-02-26). "Donnha qalbu ħebritu li kien se jmut ftit sigħat wara". TVM.
- ^ Messaġġ ta' Joseph Calleja, paġna uffiċjali fuq Facebook