Johan Jensen
| Johan Jensen | |||
|---|---|---|---|
|
| |||
1892 - 1903 ← Poul Heegaard (en) | |||
| Ħajja | |||
| Isem propju | Johan Willem Ludwig Valdemar Jensen | ||
| Twelid |
Nakskov (mul) | ||
| Nazzjonalità | Danimarka | ||
| Mewt |
Frederiksberg (en) | ||
| Post tad-dfin |
Bispebjerg Cemetery (en) | ||
| Edukazzjoni | |||
| Alma mater |
Den Polytekniske Læreanstalt (mul) (1876 - | ||
| Lingwi | Daniż | ||
| Okkupazzjoni | |||
| Okkupazzjoni |
matematiku inġinier | ||
| Impjegaturi |
KTAS (mul) | ||
| Xogħlijiet importanti |
Jensen's inequality (en) Jensen's formula (en) Jensen–Shannon divergence (en) | ||
| Premjijiet | |||
| Sħubija |
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi Akkademja Rjali Daniża tax-Xjenzi | ||
Johan Ludwig William Valdemar Jensen, magħruf l-iktar bħala Johan Jensen (twieled fit-8 ta’ Mejju 1859 – miet fil-5 ta’ Marzu 1925), kien matematiku u inġinier Daniż. Huwa kien il-President tal-Għaqda Daniża tal-Matematika mill-1892 sal-1903.[1]
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Jensen twieled f’Nakskov, id-Danimarka, iżda qatta’ l-biċċa l-kbira ta’ tfulitu fit-Tramuntana tal-Iżvezja, minħabba li missieru sab impjieg hemmhekk bħala maniġer ta’ proprjetà immobbli. Il-familja tagħhom reġgħet lura d-Danimarka qabel l-1876, meta Jensen inkiteb fil-Kulleġġ tat-Teknoloġija Avvanzata. Għalhemm huwa studja l-matematika fost diversi suġġetti fil-kulleġġ, u saħansitra ppubblika dokument ta’ riċerka fil-matematika, huwa tgħallem suġġetti avvanzati tal-matematika waħdu u qatt ma kellu xi pożizzjoni akkademika. Minflok, huwa kien inġinier ta’ suċċess għall-Kumpanija tat-Telefon ta’ Copenhagen bejn l-1881 u l-1924, u sar kap tad-dipartiment tekniku fl-1890. Ir-riċerka matematika kollha tiegħu wettaqha fil-ħin liberu tiegħu. Jensen huwa magħruf l-iktar għall-kunċett matematiku tal-inugwaljanza ta’ Jensen. Fl-1915, Jensen wera bil-provi kif taħdem il-formula matematika ta’ Jensen fl-analiżi kumplessa.[1][2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 "Johan Ludwig Jensen - Biography". Maths History (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-08.
- ↑ Seán Dineen (2005). Probability theory in finance: a mathematical guide to the Black-Scholes formula. American Mathematical Soc. pp. 164–. ISBN 978-0-8218-3951-5.