Jají
Jají (l-isem sħiħ San Miguel de Jají) hija belt turistika ewlenija tinsab fil-Muniċipalità ta' Campo Elías ġewwa l-istat ta' Mérida, fil-Veneżwela. Din il-belt tinsab mal-34 kilometru 'l bogħod mill-istess Mérida.
Il-villaġġ jikkonsisti minn djar fuq stil kolonjali flimkien ma' lukandi, mużew u knisja li wkoll hi mibnija fuq stil kolonjali, iddedikata lil San Mikiel Arkanġlu.
Il-belt ġiet fundata fl-1580 minn Bartolomé Gil Naranjo taħt l-isem ta' San Pedro de Jají. Suċċessivament, il-Kaptan García Varela reġa' ffundaha taħt l-isem ta' San Miguel de Jají, ad unur l-Arkanġlu Mikiel. Fl-1971 ġiet inawgurata Jají wara li fl-1968 beda r-rikostruzzjoni tagħha. Ir-restawr salva numru ta' faċċati, bibien, twieqi u żbarri oriġinali li jmorru lura għal iktar minn 400 sena.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Jají |
Koordinati: 8°34′16″N 71°20′41″W / 8.57111°N 71.34472°W