Aqbeż għall-kontentut

It-Twerżiqa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Miżuri speċjali ta' sigurtà għall-ħarsien tat-Twerżiqa.

It-Twerżiqa (jew Skrik bin-Norveġiż) huwa t-titlu ta' sensiela ta' tpinġijiet u stampi espressjonisti maħluqa mill-1893 sal-1910 mill-artista Norveġiż Edvard Munch, li juru figura tbati b'sema aħmar nar fl-isfond. Il-veduta fl-isfond hi ta' Oslofjord u meħuda mill-għolja ta' Ekeberg, ġewwa Oslo (li qabel kienet Kristjanja) fin-Norveġja.

Edvard Munch ħalaq bosta verżjonijiet tat-Twerżiqa fuq materjali varji. Fil-Mużew ta' Munch hemm waħda miż-żewġ verżjonijiet impittrin (dik tal-1910) u oħra mpinġija bil-pastell. Fil-Gallerija Nazzjonali tan-Norveġja hemm il-verżjoni mpittra l-oħra (1893, dik li tidher fl-istampa tal-lemin). Ir-raba' verżjoni, impinġija bil-pastell, hija proprjetà tal-biljunarju Norveġiż Petter Olsen. Munch ħalaq ukoll litografija tax-xbieha fl-1895.[1].

It-Twerżiqa kienet il-mira ta' bosta serqiet prominenti ta' xogħlijiet artistiċi. Fl-1994 il-verżjoni tal-Gallerija Nazzjonali nsterqet u reġgħet instabet ħafna xhur wara. Fl-2004, It-Twerżiqa u l-Madonna nsterqu mill-Mużew ta' Munch u ż-żewġ tpinġijiet reġgħu nstabu fl-2006. Saritilhom xi ftit tal-ħsara iżda reġgħu ġew esposti f'Mejju 2008 wara li ġew irrestawrati[2].

  1. ^ "About the conservation of The Scream and Madonna" (bl-Ingliż). Mużew ta' Munch. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-05. Miġbur 2007-12-22.
  2. ^ "The Scream returns, damaged but younger". News.com.au (bl-Ingliż). 2008-05-21.