Iqbal Masih

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Iqbal Masih, Urdu: اقبال مسیح (t. 1983, m. 16 ta' April 1995) kien tifel Pakistan li sar is-simboli tal-abbużi fit-tħaddim tat-tfal fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Tfulija[immodifika | immodifika s-sors]

Iqbal twieled fl-1983 f'Muridke, raħal żgħir barra minn Lahore fil-Pakistan. Ftit wara li twieled missieru Sajf Masih telaq u abbanduna l-familja. Ommu, Inajat, kienet taħdem bħala seftura, iżda sabitha diffiċli ħafna biex tmantni l-familja. Minħabba f’hekk meta kellha 4 snin, inbigħ mill-familja tiegħu bħala skjav.[1] Il-familja ta' Iqbal isselfu 600 rupija, ($16) minn għand kummerċjant tal-post li kellu fabbrika tal-insiġ tat-tapiti, u bi tpattija, Iqbal kellu jaħdem bħala nissiġ tat-tapiti sakemm jitħallas id-dejn. Kuljum, kien iqum qabel jisbaħ u jimxi mit-toroq imdallmin tal-kampanja sal-fabbrika, fejn u l-parti tat-tfal l-oħra kienu jkun marbutin bil-ktajjen biex ma jaħarbux. Kien jaħdem 14-il siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, b'waqfien ta' nofs siegħha biss. Meta kellu 12-il sena Iqbal kien twil inqas minn 1.2 metru u kien jiżen 27 kg biss (daqs tifel ta' 6 snin).

Kull darba li ma jobdix jew kien jonqos f’xi ħaġa kien jiġi msawwat. Ġurnata waħda rid iqum fuq tiegħu u jitkellem għalih u għal sħabu dwar dawn l-inġustizzji. Ħarab u mar l-għassa tal-Pulizija u qallhom li hu u sħabu kienu qed jiġu trattati ħażin u xtaq li jiġi liberat flimkien ma’ sħabu.Iżda l-Pulizija kienu ħaġa waħda Arshad il-Propjetarju tal-fabrika tat-twapet u reġa’ ħadu lura hemm u qal lil Arshad biex jaqflu. Ta’ 10 snin irnexxilu jaħrab minn din l-iskjavitu ħarxa. F’qasir żmien daħal mal-BLLF (Bonded Labour Liberation of Pakistan) biex jgħin fill-ġlieda kontra l-iskjavitu tat-tfal madwar id-dinja.Iqbal għen aktar minn 3,000 tfal, li kienu skjavi fil-Pakistan, jakkwistaw il-Liberta’ . Kien jitkellem dwar il-kruha tal-Iskjavitu tat-tfal madwar id-dinja kollha. Fl-Għid il-Kbir tas-sena 1995 Iqbal ġie maqtul b’tir ta’ arma tan-nar huwa u ġej lura mill-Knisja.Fil-basket sabulu l-Bibbja, ktieb dwar l-Għid il-Kbir, santa ta’ Ġesu’. Responsabbli għall-qtil tiegħu jaħsbu li kienet il-Mafia tat-twapet.Iqbal,fl-1994 sena qabel qatluh kien ġie onorat bir-Reebok Human Rights Award. Issa wara mewtu fis-sena 2000, ġie onorat b’The World’s Children’s Prize for the Rights of the Child.

  1. ^ Blair Underwood, Global Backlash: Citizen Initiatives for a Just World Economy [1] Kap. Presentation and Acceptance of Reebok Youth in Action Award