Aqbeż għall-kontentut

Hyracoidea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Hyracoidea
Iraċ ta' Kap, Procavia capensis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: *Procavia
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Afrotheria
Ordni: Hyracoidea
Huxley, 1869

Hyracoidea hija ordni ta' mammiferi placentati, eżattament l-iraċi, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria u fit-takson Paenungulata.

Din l-ordni għadha rappreżentat minn familja waħda biss ħajja, Procaviidae, u minn tliet ġeneri Heterohyrax, Procavia u Dendrohyrax u bi speċi ħajjin sa llum.

Flimkien maż-żewġ ordnijiet oħra ta' Proboscidea u Sirenia, Hyracoidea jiffurmaw it-takson Paenungulata u dan tal-aħħar flimkien mat-takson Afroinsectiphilia jiffurmaw is-superordni Afrotheria.

Lista tal-ispeċi ħajjin tal-ordni Hyracoidea

[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm dibattitu jaħraq għaddej bejn il-mammoloġisti dwar kemm huma fin-numru l-ispeċi ta' iraċi. Bħalissa fil-biċċa l-kbira tal-klassifikazzjonijiet qegħdin jiġu imniżżla 4 speċi, iżda din hija waħda temporanja, għaliex hemm pressjoni kbira minn ħafna xjentisti biex tinġabar aktar informazzjoni u materjal biex issiru aktar testijiet ġenetiċi.

Klassifikazzjoni skont "Mammal Species of the World" ta' Wilson D.E. u Reeder D.M. (it-3et edizzjoni):

Klassifikazzjoni skont "Walker's Mammals of the World" ta' R. M. Novak (is-6 edizzjoni):

Klassifikazzjoni alternattiva sal-1995:

Tassonomija tal-ordni Hyracoidea

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 87-89. ISBN 0-801-88221-4.
  • Nowak, R. M. 1999. Order Hyracoidea. Pages 1041-1047 in: Walker's Mammals of the World. Sixth Edition. Volume II. (R. M. Nowak). Johns Hopkins University Press, Baltimore.
  • The Paleobiology Database.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]