Aqbeż għall-kontentut

Hanna Risku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Hanna Risku
Ħajja
Twelid Mikkeli, 27 April 1967 (57 sena)
Nazzjonalità Finlandja
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Vjenna
(1992 - 1996)
Università ta' Vjenna
(2003 - 2003) Habilitation to supervise research (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni professur
għalliem fl-università
Post tax-xogħol Graz
Impjegaturi Università ta' Graz
Università ta' Vjenna
University for Continuing Education Krems (en) Translate  (1999 -  2005)
University for Continuing Education Krems (en) Translate  (2005 -  2010)
Università ta' Graz  (2011 -  31 Awwissu 2017)
Università ta' Vjenna  (2017 -

Hanna Risku (imwielda fis-27 ta’ April 1967 f’Mikkeli fil-Finlandja) hija professur tal-Istudji tat-Traduzzjoni. Hija l-Kap tal-Grupp tar-Riċerka Soċjokonjittiv tal-Istudji tat-Traduzzjoni (sociotrans) fl-Università ta’ Vjenna fl-Awstrija. L-oqsma tar-riċerka tagħha jinkludu t-traduzzjoni, il-konjizzjoni sitwata, l-etnografija, il-post tax-xogħol, u r-riċerka tan-netwerk fit-traduzzjoni u l-espert tat-traduzzjoni. Qabel ħidmietha fi Vjenna, kienet Professur tal-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Università ta’ Graz, Professur tax-Xjenza Konjittiva Applikata u l-Komunikazzjoni Teknika, Kap tad-Dipartiment għall-Għarfien u l-Immaniġjar tal-Komunikazzjoni u Viċi Rettur tal-Università ta’ Danube Krems, Professur fuq bażi temporanja fl-Università ta’ Aarhus fid-Danimarka, u lettriċi f’universitajiet differenti fl-Awstrija, fil-Finlandja u fl-Iżvezja.

Risku serviet bħala koeditriċi ta’ Fachsprache – International Journal of Specialized Communication u president għall-organizzazzjoni ġenerali Ewropej tal-komunikazzjoni teknika – TCeurope. Fl-2010, ingħatat il-Premju TCeurope għas-Servizzi tal-Komunikazzjoni Teknika fl-Ewropa. Fl-2016 ġiet mistiedna fl-Akkademja għax-Xjenzi Finlandiża. Hija membru tal-EST, tat-tekom, u tan-netwerk internazzjonali - Traduzzjoni, Riċerka, Empiriċiżmu, Konjizzjoni (TREC).

Fl-2023 kienet il-professur ewlieni taċ-(CETRA), skola tas-Sajf għar-Riċerka fl-Istudji tat-Traduzzjoni.  

Hanna Risku temmet l-istudji fil-livell postsekondarju fl-1986. Hi studjat it-traduzzjoni u l-interpretar: il-Ġermaniż u l-Ingliż fl-Istitut tal-Istudji tat-Traduzzjoni fl-Università ta’ Tampere. Fl-1996 lestiet it-teżi fl-Università ta’ Vjenna u rċeviet il-“Habilitation” fl-2003 fix-"Xjenza tat-Traduzzjoni" fil-Fakultà tax-Xjenzi Kulturali u L-Umanitajiet f’din l-università.

Il-Finlandiż huwa l-ilsien nattiv tagħha u taħdem bil-Ġermaniż u l-Ingliż. Hi taf sew ukoll l-Iżvediż u għandha livell bażiku tal-Franċiż u l-Estonjan.[1]

Proġetti tar-Riċerka

[immodifika | immodifika s-sors]

Risku kienet parti minn diversi proġetti f’oqsma tal-konjizzjoni, tat-traduzzjoni, tal-kompetenza tat-tradutturi, tad-dokumentazzjoni teknika, tal-immaniġjar tal-informazzjoni u l-proġetti fil-proċess tat-traduzzjoni. Dawn jinkludu l-proġetti "ViADUKT – Comprehensible Information Design for Corporate Communication Technology” u l-proġett "Translation management: a follow-up study", li investiga l-irwoli, il-ħiliet u l-koordinazzjoni tax-xogħol tal-maniġers tat-traduzzjoni u ħares lejn it-tibdil fil-mod ta’ kif jaħdmu fl-aġenziji tat-traduzzjoni.

Mill-2014 sal-2017, hi rċeviet fondi mill-Fond Awstrijakk għax-Xjenza (FWF), għall-proġett tat-traduzzjoni "Extended translation: Socio-cognitive translation processes in the workplace".[1]

Risku qed tmexxi l-proġett Retrex: Rethinking translation expertise: a workplace study, li jiffoka fuq l-għarfien espert tat-traduzzjoni jew il-kompetenza f’ambjent tax-xogħol awtentiku.[2][3]

Pubblikazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn huma biss ftit mix-xogħlijiet ta' Risku.

  • Translatorische Kompetenz: Kognitive Grundlagen des Übersetzens als Expertentätigkeit. Stauffenburg, Tübingen, 1998.
  • Interkulturelle Fachkommunikation als kooperative Textgestaltung. Habilitation thesis. Faculty of Humanities and Cultural Studies, University of Vienna, 2002.
  • Translation management. Intercultural specialized communication in the information age. Narr, Tübingen, 2016.

Apparti l-monografi, Risku kitbet għadd ta’ artikli xjentifiċi għall-ġurnali, għall-antoloġiji u anke tal-kritika. Hi editjat dawn ix-xogħlijiet ukoll[1]:

  • Risku, H. & Peschl, M. F. (eds.) 2010. Kognition und Technologie im kooperativen Lernen: Vom Wissenstransfer zur Knowledge Creation. Göttingen: Vienna University Press.
  • Risku, H., Windhager, F., Mayr, E. & Smuc, M. 2011. An Extended Model of Knowledge Communication: The Situational View of Dealing with Asymmetries. In: Fachsprache: International Journal of Specialized Communication. pp.168-186.
  • Risku, H. 2012. The Ecyclopedia of Applied Linguistics. Chapelle, C. A. (ed.) Oxford, UK: Wiley-Blackwell, p.675-684.
  • Risku, H., Rogl, R., Milosevic, J. 2017. Translation Practice in the Field: Current Research on Socio-Cognitive Processes. In: Special Issue of Translation Spaces 6, 1, p. 3-26
  1. ^ a b ċ "Hanna Risku".
  2. ^ "Hanna Risku - u:cris Portal". ucris.univie.ac.at. Miġbur 2024-04-08.
  3. ^ "Retrex - FWF Project". socotrans.univie.ac.at (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-08.