Aqbeż għall-kontentut

Höga Kusten

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Pont tal-Höga Kusten minn naħa għall-oħra tal-Ångermanälven.

Il-Höga Kusten jew il-Kosta Għolja (bl-Ingliż: High Coast) hija parti mill-kosta tal-Iżvezja fil-Golf ta' Bothnia, fil-provinċja ta' Ångermanland tal-Grigal tal-Iżvezja, iċċentrata fl-inħawi tal-muniċipalitajiet ta' Kramfors, Härnösand, Sollefteå u Örnsköldsvik. Iż-żona hija notevoli għar-riċerka dwar l-olzar tal-art u l-bidla dinjija fil-livell tal-baħar wara l-era glaċjali. L-olzar tal-art proprjament seħħ peress li dabu l-glaċieri li kienu qed jgħattuha, u dan il-fenomenu ġeoloġiku ġie rikonoxxut u studjat għall-ewwel darba fil-Höga Kusten. Mill-aħħar era glaċjali, l-art għoliet b'300 metru, u b'hekk hemm bosta rdumijiet għoljien, xi ħaġa mhux tas-soltu fir-reġjun. Il-Höga Kusten hija parti mis-Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO tal-Höga Kusten fl-Iżvezja u l-Arċipelagu ta' Kvarken fil-Finlandja bis-saħħa tal-ġeoloġija eċċezzjonali tas-sit bħala eżempju uniku ta' olzar iżostatiku tal-art tas-sit.[1]

Il-pajsaġġ ġeoloġiku tal-Höga Kusten hu wieħed ta' wied konġunt fuq skala kbira li jinkludi l-fdalijiet olzati tal-pjanura glaċjali Sotto-Kambrjana.[2][3]

Matul l-Era Glaċjali tal-aħħar 2-3 miljun sena ilu, il-Höga Kusten kemm-il darba kienet miksija bis-saff tas-silġ kontinentali, inkluż is-saff tas-silġ tal-Fenno-Skandinavja sa bejn wieħed u ieħor 9,600 sena ilu. Meta l-glaċjieri rtiraw mill-Höga Kusten, l-art, li kienet ġiet ikkumpattjata bil-piż tas-saff tas-silġ, ġiet olzata f'daqqa permezz ta' proċess magħruf bħala olzar iżostatiku tal-art. Dan il-fenomenu kkawża olzar ta' madwar 285 metru, li huwa l-ogħla olzar iżostatiku li qatt seħħ fid-dinja.[4] Ir-reġjun għadu qed jogħla b'massimu ta' tmien millimetri fis-sena. Tul il-Höga Kusten wieħed jista' jara fdalijiet tal-eks xtut.[5]

Uħud mill-ispeċijiet ta' ħut li nstabu fil-Höga Kusten huma speċijiet relitti mill-iżjed era glaċjali reċenti, fosthom it-Triglopsis quadricornis jew il-Myoxocephalus quadricornis. Speċijiet oħra li jinsabu fil-Höga Kusten jinkludu l-ors kannella, il-linċi u l-alċi.

Iż-żona magħrufa llum il-ġurnata bħala Höga Kusten storikament kienet magħrufa bħala l-Kosta ta' Ångermanland.[6][7] Fl-1974, it-terminu Höga Kusten ġie stabbilit b'rabta ma' rapport dwar iż-żona.[8]

Fis-sena 2000, l-UNESCO żiedet is-sit fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO:[1]

"Il-Höga Kusten toffri opportunitajiet straordinarji għall-fehim tal-proċessi importanti li ffurmaw iż-żoni olzati tal-art u glaċjali tas-saff tal-wiċċ tad-Dinja".

Fl-2006, il-Höga Kusten ingħaqdet maż-żoni Finlandiżi ta' Kvarken. Is-Sit ta' Wirt Dinji huwa estiż mill-Pont tal-Kosta Għolja (bl-Iżvediż: Högakustenbron) fin-Nofsinhar sa Skagsudde fit-Tramuntana.

Attrazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta tal-Bajja ta' Ulvön mil-Lotsberget.

The most popular places to visit in the High Coast of Sweden are Skule Mountain, Skuleskogen National Park, and the islands Ulvön and Trysunda.

The High Coast of Sweden is considered to be excellent for hiking and has been cited as one of the best hiking regions in Sweden.

Both outdoor magazines (such as Utemagasinet and Outside) and daily newspapers (such as Svenska Dagbladet) rank the High Coast Trail as one of the best of Sweden's hiking trails.

The High Coast Trail is a 128-kilometer long trail along the High Coast. For day hikes, Skule Mountain and Skule National park are popular. The High Coast Hike (Höga Kusten Hike) is an annual event considered suitable for both experienced and new hikers.

The Höga Kusten Bridge is an impressive gateway to the region, while there are a number of picturesque islands and fishing villages in the area.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta panoramika tal-Höga Kusten mill-quċċata tal-muntanja ta' Skule.

Il-Höga Kusten u l-Arċipelagu ta' Kvarken ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000 u ż-żona ta' lqugħ tas-sit ġiet immodifikata fl-2006.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[1]

Il-Höga Kusten hija famuża wkoll għal diversi tipi ta' ikel u ta' xarbiet.

Il-Whisky tal-Höga Kusten ingħata l-Premju Dinji għall-Whiskies bosta drabi u ġie nnominat bħala l-aqwa whisky fid-dinja. Id-distillerija tinsab qrib l-Ångermanälven u tuża n-natura u l-ilma kiesaħ fil-proċessi tal-produzzjoni tal-whisky.

Il-Ġin ta' Hernö ġie vvutat bħala l-aqwa ġin fid-dinja kull sena mill-2015 u l-Fundatur u d-Distillatur Ewlieni Jon Hillgren ġie vvutat fil-Klassifika tad-Distillaturi Dinjin tal-Ġin. Id-distillerija tal-Ġin ta' Hernö kienet l-ewwel distillerija li fetħet fl-Iżvezja.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Bergström, Lars (1975). Höga kusten: natur, människor och tradition längs kusten från Sundsvall till Örnsköldsvik - ett av Sveriges vackraste och mest särpräglade landskap ISBN 91-0-040427-6 Stockholm : Bonniers 1975 80pp (The High Coast: the landscape, people and traditions along the coast from Sundsvall to Örnsköldsvik - one of Sweden's most beautiful and distinctive landscapes).
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "High Coast / Kvarken Archipelago". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-17.
  2. ^ Lidmar-Bergströrm, Karna (1995). "Relief and saprolites through time on the Baltic Shield". Geomorphology. Elsevier. 12 (1): 45–61.
  3. ^ Lidmar-Bergström, Karna; Olvmo, Mats (2015). Plains, steps, hilly relief and valleys in northern Sweden – review, interpretations and implications for conclusions on Phanerozoic tectonics (Report). Geological Survey of Sweden. p. 12.
  4. ^ "Government of Sweden Report" (PDF).
  5. ^ "IUCN Report" (PDF).
  6. ^ Johan Nordlander 1853-1934 Gävlebornas fiskefärder till Ångermanlands kust 1924 (Trips to the Ångermanland coast by fishermen from Gävle).
  7. ^ Lars Silén. Några ryggradslösa havsdjur från Ångermanlands kust (utanför Ulvön); Svensk faunistisk revy; 1955(17):4, s. 110-114Marine invertebrates from the Ångermanland coast (outside Ulvön). Included in the Swedish Revue of Fauna 1955 (17):4. pp 110-114.
  8. ^ Höga Kustenutredningen. Huvudrapport Höga Kusten-kommittén. Härnösand: Kommittén, 1974 (Swedish) 329 s., 5 maps (Main report from the High Coast Committee. Härnösand 1974.