Aqbeż għall-kontentut

Għajnuna:Gwida essenzjali/Editjar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bidu   Editjar   Ifformattjar   Ħoloq   Sorsi   Diskussjoni   Linji gwida   Konklużjoni    
Agħfas 'editja' sabiex timmodifika artiklu

Bl-eċċezzjoni ta' xi paġni protetti, kull paġna għandha ħolqa li tgħid "editja" li tħallik timmodifika l-paġna li qed tara. Din hi l-karatteristika l-iktar bażika tal-Wikipedija, u tħallik tagħmel tiswijiet u żżid informazzjoni lill-artikli. Jekk iżżid informazzjoni fuq il-paġna, ipprovdi r-referenzi għaliha, minħabba li fatti bla referenza jistgħu jiġu mneħħija.

Mur fil-paġna tal-provi u agħfas il-ħolqa "editja". Din se tiftaħ tieqa tal-immodifikar li fiha t-test ta' dik il-paġna. Żid xi ħaġa interessanti u divertenti, u agħfas Salva l-paġna u ara x'għamilt! Kun kawt li qiegħed timmodifika l-paġna tal-provi u mhux it-test ta' din il-gwida.

Dehra proviżorja

Karatteristika importanti li nistgħu nibdew nagħmlu użu minnha hi l-buttuna tad-Dehra proviżorja. Agħmel kwalunkwe modifika fuq il-paġna tal-provi u agħfas il-buttuna "Dehra proviżorja". Din tippermettilek li tara kif se tidher il-paġna wara l-intervent tiegħek, qabel ma eventwalment issalvaha. Kulħadd jagħmel xi żball; din il-karatteristika twasslek biex tgħarrfu. Użu ieħor ta' din il-buttuna hu li tħallik tipprova tibdil fil-format jew modifiki oħra mingħajr ma tħalli ebda marka fil-kronoloġija tal-paġna. Però, tinsiex issalva l-modifiki li tkun għamilt!

Taqsira

Il-kaxxa tat-taqsira tinsab fuq il-buttuni ta' Salva l-paġna u Dehra proviżorja

Qabel ma tagħfas il-buttuna biex issalva, hu kkunsidrat bħala etikett li ddaħħal spjegazzoni ħafifa tat-tibdiliet li tkun għamilt fit-taqsira bejn it-tieqa tal-immodifikar u l-buttuna ta' "Salva l-paġna" u tad-"Dehra proviżorja". Din tista' tkun ħaġa qasira; per eżempju jekk iddaħħal il-kelma "tipo", in-nies ikunu jafu li tkun għamilt tiswija ortografika. Barra minn hekk, jekk il-bidla tiegħek tkun waħda żgħira jew minuri, bħal korrezzjoni ta' żball ortografiku jew grammatiku, kun żgur li tagħfas il-kaxxa viċin "Din hija modifika minuri" (disponibbli biss għal dawk li jkunu daħlu fil-kont tagħhom).

Li jmiss: Ifformattjar