Aqbeż għall-kontentut

Għajnuna:Gwida essenzjali/Linji gwida

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bidu   Editjar   Ifformattjar   Ħoloq   Sorsi   Diskussjoni   Linji gwida   Konklużjoni    

L-ispirtu tal-Wikipedija

Il-Wikipedija tinkoraġġixxi atmosfera ta' kollaborazzjoni, ta' rispett lejn l-oħrajn u ta' konfronti paċifiċi. Huwa inevitabbli li xi drabi jkun hemm disgwiti jew diverġenzi, però dan għandu dejjem iseħħ f'ambjent ta' diskussjoni ċivili.

Il-ħaġa l-iktar importanti li kull utent tal-Wikipedija għandu jibda minn din is-suppożizzjoni hi li għandu jassumi r-rieda tajba tal-utenti l-oħrajn. Ħafna drabi n-nuqqas ta' ftehim iseħħ minħabba l-mezz virtwali li nużaw u għalhekk qatt m'għandek tassumi li xi ħadd ieħor qiegħed jattakkak personalment; jekk l-imġieba ta' utent tassew tkun ta' disturb għalik irrimarkah b'mod edukat f'dik il-paġna ta' diskussjoni, jew tkellem fil-paġna ta' diskussjoni tal-utent. Dan iwassal biex iż-żewġ naħat tifhmu aħjar lil xulxin.

Linji gwida fundamentali

Perspettiva newtrali

Perspettiva newtrali (bl-Ingliż Neutral Point of View) tfisser li l-Wikipedija m'għandhiex ikollha ġudizzji dwar is-suġġetti, imma spjegazzjonijiet u deskrizzjonijiet oġġettivi li jieħdu mil-lat newtrali. Għal artiklu xjentifiku huwa relattivament eħfef li tikteb b'mod newtrali, imma għal artikli oħrajn (per eżempju artikli storiċi, bijografiċi, etċ..) nirrakkomandawk li tesprimi perspettivi differenti sabiex ma tiżbilanċjax l-artiklu li jirrifletti parir personali. Dan ma jfissirx li l-artikli li jinkitbu jridu jkunu "oġġettivi": fuq ħafna artikli, l-oġġettività huwa għan diffiċli ħafna (jew kważi impossibbli) biex jinkiseb. Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-perspettiva newtrali tfisser li għandek tikteb artiklu b'mod l-iktar objettiv possibbli, u jekk tixtieq tintroduċi opinjonijiet personali, semmi dejjem ta' min huma (per eżempju, "il-kontemporanji jikkunsidraw lil X bħala president tajjeb").

Għal aktar informazzjoni, irreferi għall-paġna tal-Perspettiva newtrali.


L-istil tal-kitba

Huwa iktar importanti li paġna tkun rikka mil-lat tal-kontenut tagħha milli mil-lat stilistiku. Però, wieħed m'għandux jieqaf hemmhekk. Il-Wikipedija tħeġġeġ li jintuża stil partikolari għal kif għandu jinkiteb il-kontenut, per eżempju d-dati, l-ismijiet u l-elementi kimiċi. Għal din ir-raġuni, nirrakkomandawk li taqra l-Manwal tal-istil li jinkludi ħafna mill-konvenzjonijiet li aħna nadottaw sabiex noħolqu l-paġni tal-Wikipedija omoġenji.

Li jmiss: Konklużjoni