Giovanni Losi
Giovanni Losi | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1881 - 1882 ← Daniel Comboni (en)
1875 - 1878
1872 - 1873
Jannar 1871 - Lulju 1872
1862 - 1867 | |||||||||||
Ħajja | |||||||||||
Twelid | Caselle Landi, 29 Novembru 1838 | ||||||||||
Nazzjonalità | Renju tal-Italja | ||||||||||
Mewt | El Obeid, 27 Diċembru 1882 | ||||||||||
Kawża tal-mewt | (skorbutu) | ||||||||||
Familja | |||||||||||
Missier | Luigi | ||||||||||
Omm | Luigia | ||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||
Lingwi |
Taljan Latin Nobiin (en) | ||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||
Okkupazzjoni |
saċerdot Kattoliku missjunarju | ||||||||||
Xogħlijiet importanti |
katekiżmu dizzjunarju | ||||||||||
Psewdonomu | padre Losi |
Giovanni Losi MCCI, (29 ta’ Novembru 1838 – 27 ta’ Diċembru 1882) kien qassis Kattoliku Taljan. Huwa kien membru tal-Missjunarji Comboni tal-Qalb ta' Ġesù u ħadem il-maġġoranza tal-ministeru tiegħu fis-Sudan t'Isfel.
Ma' Luigi Bonomi ippubblika l-ewwel katekiżmu u dizzjunarju bil-lingwa Nobiin, li ma kienetx magħrufa fl-Ewropa qabel dan.
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Imwieled Caselle Landi fl-1838, huwa tgħammed fl-istess jum fil-knisja parrokkjali tar-raħal. Il-familja marret toqgħod Roncaglia meta kien għadu tifel u eventwalment daħal fis-seminarju episkopali ta’ Piacenza. Ġie ordnat saċerdot fl-1862.[1]
Missjunarju
[immodifika | immodifika s-sors]Għaxar snin wara, fl-1872, daħal fl-Istitut Missjunarju ta’ Verona, imwaqqaf minn Daniele Comboni, biex is-sena ta’ wara mar miegħu lejn is-Sudan. Losi kien ukoll il-konfessur personali ta’ missier Comboni.
Hu kien superjuri tal-missjoni El Obeid sal-1878, iżda ma kellux relazzjonijiet tajbin mal-popolazzjoni lokali, ta’ fidi Musulmana, li dejjem kienet topponih. Wara l-mewt ta’ Comboni fl-1881, inħatar superjur ad interim għall-missjoni kollha tal-Afrika Ċentrali.[2] Huwa marad bl-iskorbutu u miet fis-27 ta’ Diċembru 1882 fl-età ta’ 44 sena.[1]
Huwa kien midfun f'El-Obeid, iżda l-qabar tiegħu ġie profanat mill-fundamentalisti meta l-Mahadis ħatfu r-reġjun fl-1889.[3]
Legat
[immodifika | immodifika s-sors]F’Caselle Landi, raħal twelidu, it-triq li tgħaddi maġenb il-knisja u twassal għall-kampanja kienet iddedikata lilu.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b Giuseppe Bonfanti, Caselle del Po - Caselle Landi, un paese sul Po, 2a ed, Comune di Caselle Landi, 1998
- ^ Lucia Ceci. "Losi, Giovanni (Dizionario Biografico degli Italiani)" (bit-Taljan). treccani.it. Miġbur 12 Settembru 2024.
- ^ "In Pace Christi - Giovanni Losi". comboni.org. Miġbur 20 September 2024.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- "Losi, Giovanni". treccani.it.