Aqbeż għall-kontentut

Wikipedija:Paġni għat-tħassir

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Għajnuna:Tħassir minnufih)
Abbrevjazzjoni
WP:PGĦT

Din l-paġna tal-Paġni għat-tħassir (PgħT) hi sabiex il-Wikipedjani jiddiskutu jekk paġna għandiex tiġi mħassra jew le. It-tħassir ta' paġna mhuwiex l-istess bħall-iżvojtar ta' paġna. Paġna li tġi żvojtata tista' terġa' tiġi mimlija u l-kronoloġija tal-paġna tibqa' hemmhekk. Min-naħa l-oħra, meta paġna titħassar din titneħħa definittivament u l-kronoloġija tintilef (għalkemm din tista' tiġi rkuprata mill-amministraturi), imma tista' terġa' maħluqa mill-ġdid.

It-tneħħija ta' paġni huwa kontra l-ispirtu oriġinali tal-wiki. Din il-possibilità ġiet ikkreata fil-Wikipedija minħabba l-volum ta' paġni li saru u li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' kontenut enċiklopediku. Dan jikkontradixxi l-ispirtu tal-kultura wiki, u d-deċiżjoni finali hi bbażata fuq il-kunsens tal-komunità tal-Wikipedija.

Qabel ma tinnomina paġna għat-tħassir

[immodifika s-sors]
  • Aqra u ifhem il-politika dwar it-tħassir tal-Wikipedija (WP:TĦASSIR), li tispjega l-każijiet fejn jidħol it-tħassir. Jekk il-paġna tista' tiġi mtejba, din għandha tiġi solvuta permezz ta' modifiki normali, milli bit-tħassir.
  • Aqra l-artiklu u rrevedi l-istorja tal-artiklu sabiex tifhem sewwa s-suġġett. Ċerti artikli jista' jkun li jkunu sofrew minn attakki ta' vandaliżmu u minn editjar fqir. Abbozzi u artikli li mhumiex perfetti qegħdin jistennew sabiex jitjiebu, u għalhekk il-potenzjal tas-suġġett għandu jiġi kkunsidrat.
  • Aqra l-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu, li tista' tipprovdi raġunijiet validi għala artiklu għandu jew m'għandux jiġi mħassar; jekk kien hemm nominazzjoni preċedenti, iċċekkja li l-oġġezzjonijiet tiegħek ġewx diġà trattati.
  • Jekk is-suġġett mhuwiex importanti biżżejjed li jistħoqlu artiklu għalih, ikkunsidra li tbiddel artiklu f'rindirizz utli lejn artiklu eżistenti – xi ħaġa li tista' tagħmel inti mingħajr ma' tiftaħ każ għall-PgħT – jew tipproponih għat-twaħħid.
  • Jekk l-artiklu għadu mhux immarkat sabiex juri problema eżistenti, immarka l-paġna b'mudell dwar il-problema bħal {{notorjetà}}, {{riċerka oriġinali}}, jew {{reklam}} biex b'hekk taċċerta li kull min qed jara' l-paġna huwa għal kurrenti tal-problema u għalhekk jistgħu jirranġaha.
  • Iċċekkja "Li jwassal 'l hawn" fil-menù tax-xellug tal-paġna, biex tara kif il-paġna hi wżata u referenzjata fi ħdan il-Wikipedija.
  • Iċċekkja xi ħoloq interwiki, li jidhru wkoll fuq ix-xellug, li jistgħu jipprovdu iktar materjal għat-traduzzjoni.
  • Iffamiljarizza ruħek mal-politiki u linji gwidi dwar in-notorjetà, l-affidabilità tas-sorsi u dak li l-Wikipedija mhijiex.
  • Jekk il-paġna għandha kif ġiet maħluqa, kun af li diversi paġni tajbin bdew bi struttura ħażina ħafna. Sakemm dan il-każ mhuwiex wieħed mingħajr tama, ikkunsidra li taqsam il-ħsibijiet tiegħek mal-kreatur tal-paġna billi tfisser il-ħsibijiet tiegħek fil-paġna ta' diskussjoni tal-paġna, u/jew billi żżid mudell ta' avviż minflok iġġib il-paġna lejn l-proċess għat-tħassir. Jekk il-paġna tista' tiġi rranġata b'modifiki normali, il-paġna ma taqax fost il-kadidati għal Pgħt.
  • Ikkonferma li l-paġna ma taqbilx mal-kriterji tat-tħassir minnufih jew tat-tħassir propost.
  • Jekk mintix fil-kont tiegħek, ma tistax tiftaħ diskussjoni għal PgħT. Tista' jew tagħmel il-login, tirreġistra, jew titlob kont, jew għamel rikjesta li utent ikompli n-nominazzjoni fuq il-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu.

Kif telenka paġna għat-tħassir

[immodifika s-sors]

Din is-sezzjoni tiddeskrivi kif tniżżel paġna għat-tħassir u l-paġna ta' diskussjoni assoċjata.

Huwa ta' parir li tidħol fil-kont tiegħek qabel ma telenka paġna għat-tħassir.
Segwi dan il-proċess ta' tliet passi:
I.
Poġġi n-nota tat-tħassir fuq il-paġna.
  • Daħħal {{ħassar}} fil-parti ta' fuq tal-artiklu.
  • Timmarkax il-modifika bħala waħda minuri.
  • Daħħal fit-taqsira
    PgħT: Nominazzjoni għat-tħassir; ara [[Wikipedija:Paġni għat-tħassir/IsemNominazzjoni]]
    Biddel IsemNominazzjoni mal-isem tal-paġna kif inhi nominata.
Normalment, IsemNominazzjoni tkun it-titlu tal-artiklu. Madanakollu, jekk diġà ġiet nominata qabel, uża "IsemPaġna/2" jew "IsemPaġna/3" etċ.)
  • Tista' tpoġġi l-paġna mal-lista ta' osservazzjonijiet sabiex tinduna jekk il-mudell tal-PgħT tneħħiex.
  • Salva l-paġna.
II.
Oħloq il-paġna ta' diskussjoni għat-tħassir tal-paġna.
  • Agħfas il-ħolqa li tgħid "Oħloq hawnhekk" sabiex tikkrea l-paġna tan-nominazzjoni. Xi test u struzzjonijiet se jidhru biex jgħinuk f'din in-nominazzjoni.
  • Agħti raġuni għala nnominajt din il-paġna għat-tħassir.
  • Jekk trid tista' ssegwi l-paġna billi żżidha mal-lista ta' osservazzjonijiet tiegħek.
  • Daħħal fit-taqsira kliem bħal
    Nominazzjoni għat-tħassir għal [[IsemPaġna]]
  • Salva l-paġna
III.
Żidha mal-lista sħiħa ta' diskussjonijiet.
  • Mur fuq il-paġna prinċipali Wikipedija:Paġni għat-tħassir, taħt is-sezzjoni "Diskussjonijiet kurrenti".
  • Fuq in-naħa ta' fuq tal-lista, daħħal:
    {{Wikipedija:Paġni għat-tħassir|IsemNominazzjoni}}
    fejn biddel IsemNominazzjoni kif mixtieq.
  • Daħħal fit-taqsira
    Nominazzjoni għat-tħassir għal [[Wikipedija:Paġni għat-tħassir/IsemNominazzjoni]]
  • Salva l-paġna.

Għarraf lin-nies interessati

[immodifika s-sors]

Huwa ġeneralment ikkunsidrat (għalkemm mhuwiex neċessarju) bħala importanti li tgħarraf lill-kreatur u lil dawk li taw sehem kbir fuq il-paġna li int qiegħed tinnomina. Dan tista' tagħmlu bl-użu tal-mudell {{Avviż tħassir}}. Tinnotifikax kontijiet tal-bots jew persuni li ftit li xejn taw sehemhom. Sabiex issib l-kontributuri, żur il-kronoloġija ta' paġna jew il-paġna ta' diskussjoni tal-paġna.

Sabiex tevita li tikkonfondi utenti ġodda, fil-messaġġi li tħalli dwar id-diskussjoni evita li tuża' abbrevjazzjonijiet speċifiċi tal-Wikipedija, żid ħoloq lejn politiki jew linji gwidi relevanti, u orbot lejn il-paġna ta' diskussjoni tal-paġna nominata. Jekk tixtieq tinnomina artiklu għal tħassir minnufih, uża' l-mudell {{Ħassar minnufih}} u agħżel il-kriterju adattat. Sakemm mhuwiex ovvju mit-titlu tal-paġna, in-nominazzjoni għandha tindika fuq xiex inhu l-artiklu (eż. "Broada Otto Barnes, fiżiku li żviluppa l-idea dwar il-funzjoni tat-tirojde").

Wikiketta tal-PgħT

[immodifika s-sors]
  • Utenti li qegħdin jipparteċipaw f'diskussjonijiet tal-PgħT huma mistennija li jkunu familjari mal-politika taċ-ċivilità, u l-linji gwida tal-wikiketta u "tigdimx 'l-utenti l-ġodda.
  • Evita attakki personali kontra persuni li int ma taqbilx magħhom; evita l-użu ta' lingwa sarkastika u żomm ruħek kalm.
  • Tagħmilx kummenti negattivi li m'għandhomx sorsi dwar persuni ħajjin. Dawn jistgħu jitneħħew minn kwalunkwe editur.
  • Ftakar li waqt li l-PgħT tista' tidher bħal proċess ta'v otazzjoni, din ma taħdimx hekk. Ġustifikazzjoni u evidenza għar-risposta ġġorr aktar saħħa milli r-risposta minnha nnifisa. Għalhekk, inti m'għandekx tipprova tistruttura l-proċess tal-PgħT bħala vot:
    • Iżżidx kaxex tal-għadd fil-paġna tat-tħassir.
    • Tirranġax kummenti fuq il-paġna tat-tħassir f'gruppijiet ta' żomm/ħassar/oħrajn. Dan l-irranġar jista' jtellef mid-diskussjoni, jaqsam kwistjoni, u jenfasizza l-għadd tal-voti jew tal-kliem.
    • Tibgħatx messaġġi lil edituri oħra dwar nominazzjonijiet għall-PgħT minħabba li jappoġġjaw l-idea tiegħek fuq suġġett partikualri. Dan jista' jidher bħala xiri tal-voti. Ara l-linji gwidi dwar Wikipedija:Kampanji elettorali.

Kif tiddiskuti PgħT

[immodifika s-sors]

PgħT huwa post għal diskussjoni razzjonali fuq jekk paġna tilħaqx l-linji gwida u l-politika tal-Wikipedija. Edituri raġjonevoli ħafna drabi mhux se jaqblu, imma argumenti validi jingħataw aktar importanza minn stqarrijiet bla sugu. Meta editur joffri argumenti u evidenza li ma jispjegawx kif paġna taqbel jew ma taqbilx mal-politika, dan jista' jkun li jkollu bżonn min ifakkru sabiex iżomm mas-suġġett u jkun aktar kostruttiv fl-argumenti tiegħu. Madankollu sensiela ta' opinjonijiet mingħajr bażi u injorar tal-linji gwidi tal-kontenut jista' jkun ta' tfixkil. Meta s-sensiela ta' imġieba ta' tfixkil tippersisti wara sforzi sabiex dan jieqaf b'użu ta' djalogu, jekk jogħġbok ikkunsidra l-proċess ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti li jsir barra mill-PGħT kurrenti.

Hemm ftit prattiċi bażiċi li l-biċċa kbira tal-Wikipedjani jagħmlu użu minnhom fid-diskussjonijiet tal-PgħT:

  • Ħafna drabi edituri jużaw test b'tipa ħoxna sabiex jirrakomandaw tip ta' azzjoni, eż., "Żomm" jew "Ħassar".
  • Ibda l-kummenti jew rakkomandazzjonijiet tiegħek fuq linja ġdida b'użu ta' tagħrifa (jiġifieri, tibda b'*), u iffirmahom billi żżid ~~~~ fl-aħħar. Jekk qiegħed tirrispondi editur ieħor, poġġi kumment eżatt taħt tagħhom, kun ċert li tkun indentata (bl-użu ta' bosta *).
  • Jekk jogħġbok uri jekk inti intix l-awtur primarju tal-paġna jew minflok għandek ċertu fil-paġna.
  • Jekk jogħġbok agħti daqqa t'għajn lejn il-paġna qabel ma tagħmel rakkomandazzjoni. Tibbażax ir-rakkomandazzjoni tiegħek biss fuq l-informazzjoni mogħtija biss min-nominatur. Biex tifhem is-sitwazzjoni, jista' jkun ta' għajnuna wkoll li tħares lejn il-kronoloġija tal-paġna. Tinsiex ukoll, jekk jogħġbok, taqra' l-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet tal-bidu. Jista' jkun li dawn ikollhom argumenti valdi u aktar informazzjoni importanti.

Is-segwenti huma prattiċi li għandhom jiġu evitati:

  • Id-dibattitu m'għandux jieħu l-forma ta' votazzjoni; jekk jogħġbok agħmel rakkomandazzjonijiet fil-proċess ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu, li jkunu sostnuti b'argumenti validi.
  • Meta timmarka każ jew tirrispondi lill-oħrajn, spjega kif il-paġna taqbel jew ma taqbilx mal-politika minflok tgħid biss jekk taqbel jew ma taqbilx.
  • Prova evita rakkomandazzjonijiet kontradittorji; jekk tbiddel ħsibek, immodifika r-rakkomandazzjoni oriġinali milli żżid waħda ġdida. Huwa ta' parir li tuża' <s> u </s>, eż., bħal Ħassar Żomm.
  • Tagħmilx użu minn bosta kontijiet biex tagħti spinta 'quddiem għall-argumenti tiegħek. Rakkomandazzjonijiet multipli minn utenti li jagħmlu użu minn "pupazzi" (aktar minn kont wieħed għal persuna waħda) m'humiex validi u l-utent li qiegħed jimmanipola l-kunsens b'aktar minn kont wieħed wisq probabbli jiġi imblukkat indefinitament.
  • Utenti ġodda u dawk li m'humiex reġistrati huma merħba li jagħmlu kontribuzzjoni fid-diskussjoni, però r-rakkomandazzjonijiet tagħhom jistgħu ma jgħoddux, speċjalment jekk ikunu magħmulin b'intenzjoni ħażina (per eżempju, jekk ma jagħtux stampa ċara tar-raġunijiet tagħhom). Għal kuntrarju, l-opinjonijiet ta' utenti illogjati li l-kontijiet tagħhom ikunu eqdem min-nominazzjoni tal-paġna jingħataw aktar attenzjoni.

Kif tingħalaq diskussjoni tal-PgħT

[immodifika s-sors]

Wara li jkunu għaddew sebat ijiem, id-diskussjoni titmexxa fl-Arkivju, u amministratur jew editur jiċċekkja d-diskussjoni u jagħmel deċiżjoni jekk iżommx il-paġna, iħassarhiex, iwaħħadhiex ma' paġna oħra jew jirrindirizzahiex skont il-ġudizzju finali tal-komunità. Jekk ma jintlaħaqax kunsens fuq l-istat tal-artiklu, il-persuna li tagħlaq il-PgħT tiddikjaraha bħala Ebda kunsens, u l-paġna tibqa'. Jekk mhux biżżejjed nies jipparteċipaw fid-diskussjoni, l-artiklu jerġa' jitniżżel għal diversi jiem oħra.