Għajnuna:Mudell

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Mudell (magħruf ukoll bħala template) huwa tip ta' paġna tal-Wikipedia maħluqa biex tkun inkluża f'paġni oħra. Il-mudelli ġeneralment ikun fihom materjal ripetittiv li jista' jkun hemm bżonn jidher fuq kwalunkwe numru ta' artikli jew paġni. Huma komunement użati għal messaġġi bażiċi, twissijiet jew avviżi standardizzati, infoboxes, kaxxi tan-navigazzjoni, u skopijiet simili.

L-iktar metodu komuni ta' inklużjoni jissejjaħ trasklużjoni, fejn il-wikitext tal-paġna li fih tkun se tidher l-informazzjoni fiha referenza għall-mudell, bl-użu tas-sintassi {{isem il-mudell}}.