Aqbeż għall-kontentut

Foulques de Villaret

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Foulques de Villaret
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1306 - 1319
Guillaume du Villaret (en) Translate - Helion de Villeneuve
Grand Commander of the Order of the Hospitallers of Saint John of Jerusalem (en) Translate

31 Diċembru 1301 - 1305
ammirall

3 Ġunju 1299 -
Ħajja
Twelid Allenc (en) Translate, 13 century
Mewt Teyran (en) Translate, 1 Settembru 1327 (Gregorian)
Familja
Familja
Tribù Famille de Villaret (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied
reliġjuż
bniedem militari

Foulques de Villaret (bl-Oċċitan: Folco del Vilaret, bil-Katalan: Folc del Vilaret; miet fl-1 ta’ Settembru 1327), kien il-25 Gran Mastru tal- Kavallieri Ospitallieri. Huwa mexxa b’suċċess il-ħakma ta’ Rodi u baqa’ ħaj wara attentat ta’ qtil minn membri tal-ordni tiegħu stess.

Imwieġed f'Languedoc-Roussillon, Franza, iz-ziju tiegħu kien il-Gran Mastru Guillaume de Villaret. Zijuh kien għenu ħafna biex trawwem fil-karriera bikrija tiegħu fl-Ordni. Foulques inħatar Ammirall fl-1299, u Gran Kmandant sentejn wara. Sal-1303 kien Logutenent tal-Imgħallem, u ħa l-grad ta’ Gran Mastru mal-mewt ta’ zijuh.

Taħt it-tmexxija tiegħu, l-Ordni ħakmet Rodi, fis-snin 1308 u 1309. Intieħdu wkoll gżejjer oħra, inklużi Kastellórizo u Bodrum. Sussegwentament, il-Kavallieri mexxew il-kwartieri ġenerali tagħhom lejn Rodi.

Madankollu, minkejja l-benefiċċji kbar għall-Ordni mit-trażżin tal-Kavallieri Templari (l-assi tat-Templari ġew assenjati lill-Ospitalieri mill-Papa fl-1312), il-kampanji ta’ espansjoni territorjali ta’ Villaret daħħlu lill-Ordni f’ħafna dejn, u dawn id-djun kienu għadhom ma tħasslux sa nofs is-snin 1330ijiet. Jingħad li Villaret kien bniedem diffiċli u preokkupanti, u eventwalment aljena l-Ordni tiegħu.[bżonn referenza]

Saru allegazzjonijiet ta’ imġieba arroganti, anke tirannika, għalkemm l-ebda waħda mill-allegazzjonijiet ma hija speċifika, u rakkont Taljan tal-ħajja tal-Gran Mastri jsostni li kien trattat b’mod inġust.[bżonn referenza] Fl-1317, l-Ordni ppruvat tagħmel kolp ta’ stat kontra Villaret. Grupp ta' kavallieri marru biex joqtluh fir-residenza tiegħu f'Rhodini, iżda l-chamberlain tiegħu għen biex jaħrab. Huwa ħarab lejn il-kastell tal-Ordni f'Lindos, fejn kien assedjat mill-Ordni tiegħu stess. Sadanittant l-Ordni eleġġiet lil Maurice de Pagnac bħala Gran Mastru minfloku, u kitbu lill-Papa Ġwanni XXII f’Lulju biex jiġġustifikaw l-azzjonijiet tagħhom.

Il-Papa sejjaħ liż-żewġ Gran Mastri fil-qorti tiegħu f'Avignon biex isolvu t-tilwima. Intant, Fra Giraud de Pins amministra l-Ordni f’isem il-Papa. Il-Papa reġa’ ħatar lil Villaret – iżda dan għamly biss biex ikun jista’ jagħti r-riżenja tiegħu formalment. Fra Hélion de Villeneuve inħatar Gran Mastru fit-18 ta’ Ġunju 1319, u intant ix-xwejjaħ Pagnac miet. Il-Papa ħatar lil Villaret bħala Pirjol ta’ Capua għal għomru fid-29 ta’ Ġunju, iżda wara aktar problemi hemmhekk, ġie trasferit għall-Prijorat ta’ Ruma fl-1325. Dan l-arranġament ukoll jidher li ma rnexxiex, u wara April ta’ dik is-sena, irċieva biss pensjoni. Irritorna lejn art twelidu u għex bħala sempliċi Fra tal-Ordni fid-dar t’oħtu f'Teyran, ħdejn Montpellier. Miet fl-1 ta’ Settembru 1327 u ġie midfun f'dik li qabel kienet il-Knisja tat-Templari f’Montpellier.

  • Luttrell, Anthony. "Noti dwar Foulques de Villaret, Master of the Hospital 1305-1319" f'The Hospitallers of Rhodes and the Mediterranean World (Aldershot 1992).
Predeċessur
Guillaume du Villaret
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann
1306–1319

Suċċessur
Hélion de Villeneuve