Foresti Tropikali tal-Atsinanana
Il-Foresti Tropikali tal-Atsinanana huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżel fil-lista fl-2007 u jikkonsistu minn 13-il żona speċifika maqsuma f'sitt parks nazzjonali fil-Lvant ta' Madagascar.[1]
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Foresti Tropikali tal-Atsinanana huma mifruxa tul in-naħa tal-Lvant tal-gżira ta' Madagascar. Dawn il-foresti relitti huma kritikament importanti għaż-żamma tal-proċessi ekoloġiċi kontinwi neċessarji għall-għajxien tal-bijodiversità unika ta' Madagascar, li tirrifletti l-istorja ġeoloġika tal-gżira. Wara li temmet is-separazzjoni tagħha minn kull massa oħra ta' art iżjed minn 60 miljun sena ilu, il-pjanti u l-annimali ta' Madagascar evolvew f'iżolament. Il-foresti tropikali tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kemm għall-proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kif ukoll għall-bijodiversità u għall-ispeċijiet mhedda li jappoġġaw. Bosta speċijiet huma rari u mhedda, speċjalment il-lemurs u primati oħra.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Foresti Tropikali tal-Atsinanana ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Rainforests of the Atsinanana". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-27.