Aqbeż għall-kontentut

Eric Carmen

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Eric Carmen
Ħajja
Isem propju Eric Howard Carmen
Twelid Cleveland, 11 Awwissu 1949
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Paradise Valley (en) Translate, 10 Marzu 2024
Edukazzjoni
Alma mater John Carroll University (en) Translate
Charles F. Brush High School (en) Translate
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kitarrist
kantant
kompożitur tal-kanzunetti
mużiċist tat-tastieri
artist diskografiku
mużiċist
liriċista
Sħubija Raspberries (mul) Translate
Moviment artistiku pop rock
power pop (en) Translate
Strument/i tal-mużika kitarra
vuċi
electronic keyboard (en) Translate
pjanu
Tikketta tar-reġistrazzjoni Arista Records (mul) Translate

Eric Howard Carmen (11 ta' Awwissu, 1949 - Marzu 2024) kien kant-awtur, kitarist u tastierista Amerikan.[1] Fil-bidu tal-karriera tiegħu kien magħruf bħala l-kantant tal-grupp Raspberries. Huwa kellu bosta suċċessi fis-snin sebgħin u tmenin, l-ewwel bħala membru tar-Raspberries (partikolarment b''"Go All the Way"),[2] u mbagħad bil-karriera tiegħu bħala solista, inklużi kanzunetti bħal "All by Myself", "Never Gonna Fall in Love Again", "She Did It", "Hungry Eyes", u "Make Me Lose Control".[3]

Ħajja bikrija

[immodifika | immodifika s-sors]

Minn familja ta’ immigranti Lhud Russi,[4] Carmen twieldet fil-11 ta’ Awwissu 1949, fi Cleveland, Ohio, l-Istati Uniti,[5] u trabba f’Lyndhurst, Ohio. Kien involut fil-mużika sa minn tfulija. Fl-età ta' sentejn, kien qed jiddeverti lill-ġenituri tiegħu b'impressjonijiet ta' Jimmy Durante u Johnnie Ray. Sa sena wara, kien fil-programm ta' Dalcroze Eurhythmics fil-Cleveland Institute of Music. Ta’ sitt snin, huwa ħa lezzjonijiet tal-vjolin miż-zija tiegħu Muriel Carmen, li kienet vjolinista fl-Orkestra ta’ Cleveland. Ta' 11-il sena, kien qed idoqq il-pjanu u joħlom li jikteb il-kanzunetti tiegħu stess. Il-wasla tal-Beatles u r-Rolling Stones bidlet xi ftit il-ħolma tiegħu. Waqt li kien fl-iskola sekondarja Charles F. Brush, Carmen kien idoqq il-pjanu u jkanta f’diversi gruppi rock fosthom il-Fugitives, l-Harlequins, is-Sounds of Silence, u s-Cyrus Erie.[bżonn referenza]

Imħarreġ klassikament fil-pjanu, Carmen għallem il-kitarra lilu nnifsu ta’ 15-il sena. Huwa xtara ktieb bil-kanzunetti tal-Beatles u studja l-kitarra għall-erba’ xhur sħaħ.[bżonn referenza]]

Mar-Raspberries

[immodifika | immodifika s-sors]

Carmen beda jieħu l-karriera ta' mużiċista bis-serjeta waqt li kienet qed tattendi l-Università John Carroll. Huwa ngħaqad ma' band bl-isem ta' Cyrus Erie, li ħarġet diversi singles mingħajr suċċess mal-Epic Records.[6] Il-kitarrist ta’ Cyrus Erie Wally Bryson kien ilu jdoqq mal-ħbieb Jim Bonfanti u Dave Smalley f’wieħed mill-aktar gruppi popolari ta’ Cleveland, the Choir, li kiseb suċċess nazzjonali minuri fl-1967 bis-single “It’s Cold Outside”.

Meta Cyrus Erie u the Choir sfaxxaw fl-aħħar tas-sittinijiet, Carmen, Bryson, Bonfanti, u Smalley ingħaqdu flimkien biex jiffurmaw ir-Raspberries, band li kienet fost l-esponenti ewlenin tal-istil power pop tal-bidu tas-sebgħinijiet.[6] Carmen kien il-kantant tal-grupp, u kiteb waħdu jew flimkien ma' ħaddieħor il-kanzunetti kollha tagħhom.[7] Fl-1975, wara li r-Raspberries sfaxxaw, huwa beda l-karriera tiegħu bħala solista, b'anqas enfasi fuq elementi rock tqil favur ħoss artab, speċjalment f'power ballad.[6]

Karriera bħala solista

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel żewġ singles ta’ Carmen kienu suċċessi fil-klassifika tad-diski fl-1976. It-tnejn inbnew madwar temi minn Sergei Rachmaninoff. L-ewwel wieħed minn dawn is-singles, "All by Myself" – ibbażat fuq il-Kunċert għall-Pjanu Nru 2 ta' Rachmaninoff[8] – waslet sat-tieni post fl-Istati Uniti, u n-numru 12 fir-Renju Unit fejn kien l-uniku suċċess tiegħu fil-klassifika. Din id-diska biegħet aktar minn miljun kopja, u kienet iċċertifikata diska tad-deheb mir-RIAA f'April 1976.[9] Is-single ta’ wara, "Never Gonna Fall in Love Again" [5] – ibbażata fuq it-tema ewlenija tat-tielet moviment tas-Sinfonija Nru 2 ta’ Rachmaninoff – laħqet in-numru 11 fil-<i id="mwZA">Billboard</i> Hot 100, u laħqet l-ewwel post fl-Adult Contemporary Chart tal-Istati Uniti, kif ukoll in-numru disgħa fuq it-klassifika tal-Cash Box. Fir-Renju Unit, Dana waslet sal-31 post u fl-Awstralja Mark Holden waslet sat-13-il post. Dawk iż-żewġ kanzunetti dehru fl-album tad-debutt tiegħu fl-1975, flimkien ma' "That's Rock and Roll", single li biha wasal sat-3 post il-kantant Shaun Cassidy. L-album għamel numru 21 fil-klassifika tal-albums tal-<i id="mwbQ">Billboard</i> u kien iċċertifikat tad-deheb fl-1977 għal bejgħ ta' aktar minn 500,000 kopja.

Fl-1984, Carmen u Dean Pitchford kitbu flimkien "Almost Paradise", it-tema ta' mħabba għall-film Footloose. Il-kanzunetta, interpretata minn Ann Wilson u Mike Reno, laħqet is-7 post fil- Billboard Hot 100.

Fl-1985, Carmen ħareġ fuq Geffen Records bit-tieni album li kien iġib ismu u s-suċċess imdaqqas bid-diska "I Wanna Hear It from Your Lips". [6] Is-single daħlet fl-Adult Contemporary Top 10 kif ukoll il-Pop Top 40. Is-single ta’ segwitu, “I’m Through with Love”, telgħet ukoll fil-Billboard Hot 100 u laħqet l-Awqa 20 tal-klassifika Adult Contemporary. Silta oħra mill-album, "Maybe My Baby", aktar tard saret suċċess fuq stil Country għal Louise Mandrell li wasal sat-8 post biha fil-Hot Country Songs ta' Billboard. “I Wanna Hear It from Your Lips” kienet irrekordjata wkoll minn Mandrell, iżda rnexxielha tilħaq il-35 post biss fl-istess klassifika.[10]

Fl-1987, il-kontribut ta' Carmen fil-film ta' suċċess Dirty Dancing, "Hungry Eyes ", wasal sat-tieni post fuq l-Adult Contemporary Chart u daħħlitu mill-ġdid fil-Pop Top 10.[5] "Reason To Try", kontribut ieħor għall-album ta' kumpilazzjoni One Moment in Time ta' kanzunetti rreġistrati għall- Olimpjadi tas-Sajf ta' Seoul tal-1988, żammet il-profil ta' Carmen għoli fl-1988, li matulu d-diska nostalġika "Make Me Lose Control" reġgħet wasslitu fl-ewwel post tal-klassifika Adult Contemporary – fejn baqgħet għal tliet ġimgħat konsekuttivi – kif ukoll in-numru 3 fuq il-Billboard's Hot 100.[5]

Fl-24 ta’ Diċembru 2013, ħareġ l-ewwel recording ġdid f’aktar minn 15-il sena bit-titlu “Brand New Year”. Il-kanzuneta, miktuba u rrekordjata f'Novembru/Diċembru 2013 f'Ohio u Los Angeles, inħarġet bħala download bla ħlas minn Legacy Recordings bħala "rigal tal-Milied" speċjali, biex tħabbar il-wasla f'Marzu 2014 ta' retrospettiva tal-karriera ta' 30 silta ntitolata The Essential Eric. Carmen. [11]

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Carmen iżżeweġ tliet darbiet. Huwa kien miżżewweġ għall-ewwel darba lil Marcy Hill mill-1978, sal-1979; iż-żwieġ spiċċa f’divorzju. It-tieni żwieġ tiegħu, lil Susan Brown, dam mill-1993 sal-2009. Il-koppja kellha żewġt itfal, Kathryn u Clayton, qabel iddivorzjaw. Huwa żżewweġ lit-tielet mara tiegħu, l-eks qarrejja tal-aħbarijiet Amy Murphy, fl-2016.

Carmen telaq minn Los Angeles lura għal Gates Mills fil-grigal ta’ Ohio fis-snin disgħin.[12]

Fil-11 ta’ Marzu, 2024, mart Carmen Amy ħabbret li kien miet fl-irqad fi tmiem il-ġimgħa ta’ qabel; ma ngħatat l-ebda kawża tal-mewt. Huwa kellu 74.[13] [14]

Studio albums

[immodifika | immodifika s-sors]
Titlu Dettaljii L-ogħla post fil-klassifika Ċertifikazzjonjiet
US

AWS

ŻVE

[15]
UK

[16]
Eric Carmen
  • Maħruġ: Novembru 1975
  • Tikketta: Arista
21 15 41 58
Boats Against the Current
  • Maħruġ: Awwissu 1977
  • Tikketta: Arista
45 37 39
Change of Heart
  • Maħruġ: Settembru 1978
  • Tikketta: Arista
137 93
Tonight You're Mine
  • Maħruġ: 1 ta' Jannar 1980
  • Tikketta: Arista
160 80
Eric Carmen
  • Maħruġ: 1984
  • Tikketta: Geffen
128
I Was Born to Love You

(maħruġ bħala Winter Dreams fil-Ġappun)
  • Maħruġ: 2000
  • Tikketta: Rhino

Compilation albums

[immodifika | immodifika s-sors]
Titlu Dettalji L-ogħla post fil-klassifika Ċertifikazzjonijiet
US

AWS

[18]
NZ

[19]
The Best of Eric Carmen
  • Maħruġ: 1988
  • Tikketta: Arista
59 17 26
The Definitive Collection
  • Maħruġ: 17 ta' Ġunju 1997
  • Tikketta: Arista
All By Myself - The Best Of Eric Carmen
  • Maħruġ: 21 ta' Ottubru 1999
  • Tikketta: Collectables
The Essential Eric Carmen
  • Maħruġ: 25 ta' Marzu 2014
  • Tikketta: Arista
Titlu Sena L-ogħla post fil-klassifika Klassifikazzjonijiet Album
US

US AC

AUS

CAN

[20]
GER

[21]
NL

[22]
NZ

[19]
SWE

[15]
UK

[16]
"All by Myself" 1975 2 6 7 3 7 6 12 Eric Carmen
"Never Gonna Fall in Love Again" 1976 11 1 1 30
"Sunrise" 34 33 33
"She Did It" 1977 23 26 30 11 16 Boats Against the Current
"Boats Against the Current" 88
"Change of Heart" 1978 19 6 14 Change of Heart
"Baby I Need Your Loving" 62 30 50
"It Hurts Too Much" 1980 75 Tonight You're Mine
"I Wanna Hear It from Your Lips" 1985 35 10 27 17

(AC)
Eric Carmen
"I'm Through with Love" 87 16
"Hungry Eyes" 1987 4 2 4 2 17 16 18 6 82 Dirty Dancing: Original Soundtrack
"As Long as We Got Each Other" (ma' Louise Mandrell) 1988 [a] Best of Louise Mandrell
"Make Me Lose Control" 3 1 8 2 29 93 The Best of Eric Carmen
"Reason to Try" 87 133 1988 Summer Olympics Album: One Moment in Time
  1. ^ "As Long as We Got Each Other" peaked at number 51 on Billboard's Hot Country Songs chart.[25]
  1. ^ Sweeting, Adam (2024-03-13). "Eric Carmen obituary". The Guardian (bl-Ingliż). ISSN 0261-3077. Miġbur 2024-03-13.
  2. ^ "Hot 100". Billboard. Arkivjat mill-orġinal fl-February 24, 2020. Miġbur March 17, 2020.
  3. ^ "Eric Carmen". web.archive.org. 2022-06-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-06-03. Miġbur 2024-03-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "'All by Himself' among musicians; Jewish Clevelander Eric Carmen reflects on his life as a rock star – Cleveland Jewish News". Highbeam.com. December 31, 2004. Arkivjat minn l-oriġinal fl-November 5, 2012. Miġbur November 2, 2011.
  5. ^ a b ċ d The Guinness Encyclopedia of Popular Music (First ed.). Guinness Publishing. 1992. p. 418. ISBN 0-85112-939-0.
  6. ^ a b ċ d Prato, Greg. "Eric Carmen Biography". allmusic. Arkivjat mill-orġinal fl-July 31, 2020. Miġbur June 16, 2020.
  7. ^ Ankeny, Jason. "The Raspberries Biography". allmusic. Arkivjat mill-orġinal fl-July 31, 2020. Miġbur June 16, 2020.
  8. ^ bluffho. "Rachmaninoff vs. Eric Carmen". Youtube. Miġbur 12 March 2024.
  9. ^ Murrells, Joseph (1978). The Book of Golden Discs (2nd ed.). London: Barrie and Jenkins Ltd. p. 355. ISBN 0-214-20512-6.
  10. ^ "Louise Mandrell Songs". MusicVF. VF Entertainment. Arkivjat mill-orġinal fl-June 28, 2022. Miġbur May 1, 2022.
  11. ^ "'Brand New Year' for songwriting legend". Cleveland Jewish News. March 13, 2014. Arkivjat mill-orġinal fl-August 30, 2014. Miġbur August 27, 2015.
  12. ^ "Eric Carmen - Book Eric Carmen for your Corporate Events, Fund Raisers". web.archive.org. 2016-04-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-22. Miġbur 2024-03-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "Eric Carmen: Raspberries Lead Singer ... Dead at 74". TMZ. March 11, 2024. Arkivjat mill-orġinal fl-March 12, 2024. Miġbur March 12, 2024.
  14. ^ Willman, Chris (March 11, 2024). "Eric Carmen, Raspberries Frontman and 'All by Myself' Singer, Dies at 74". Variety. Miġbur March 12, 2024.
  15. ^ a b "Discography Eric Carmen". Swedish Charts. Arkivjat mill-orġinal fl-June 9, 2022. Miġbur June 9, 2022.
  16. ^ a b "Eric Carmen". Official Charts. Arkivjat mill-orġinal fl-June 9, 2022. Miġbur June 9, 2022.
  17. ^ a b "Gold & Platinum". RIAA (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-December 23, 2017. Miġbur May 10, 2020.
  18. ^ "Eric Carmen Discography". Australian Charts. Arkivjat mill-orġinal fl-June 9, 2022. Miġbur June 9, 2022.
  19. ^ a b "Discography Eric Carmen". Charts.Org.NZ. Arkivjat mill-orġinal fl-June 9, 2022. Miġbur June 9, 2022.
  20. ^ "RPM Search Results".
  21. ^ "Discografie von Eric Carmen". Offizielle Deutsche Charts (bil-Ġermaniż). Arkivjat mill-orġinal fl-June 12, 2022. Miġbur June 11, 2022.
  22. ^ "Discografie Eric Carmen". Dutch Charts (bl-Olandiż). Arkivjat mill-orġinal fl-June 12, 2022. Miġbur June 11, 2022.
  23. ^ "Eric Carmen, Hungry Eyes, Single". BPI (bl-Ingliż). Miġbur March 12, 2024.
  24. ^ "Datenbank: BVMI". www.musikindustrie.de. Miġbur March 12, 2024.
  25. ^ Mudell:Cite magazine

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]