Elezzjonijiet Ġenerali 2022 (Malta)
L-Elezzjonijiet Ġenerali saru nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu 2022. 350,423 kienu eliġibbli li jivvutaw biex jagħżlu l-Partit politiku li jmexxi lil Malti u r-rappreżentanti fil-Parlament għall-14-il Leġislatura mill-Indipendenza 'l hawn. Dan wara waħda mill-iqsar kampanji elettorali fl-istorja ta' Malta, uffiċjalment ħames ġimgħat.
Il-Partit Laburista kiseb 162,707 vot; 39,474 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 123,233 vot; u bħala persentaġġi l-PL ġab 55.1% u l-PN 42.1%, kważi ripetizzjoni tal-istess riżultati taż-żewġ elezzjonijiet ta' qabel. Kienet l-ikbar rebħa elettorali f'Malta minn wara l-Indipendenza sal-lum.
Imma meta wieħed iqabbel l-elezzjoni ġenerali ma’ dik tas-sena 2017 isib ukoll li l-Partit Laburista naqqas il-voti tiegħu b’8,269 vot, waqt li l-Partit Nazzjoznalsita naqqas il-voti bi 12,464 vot.
Sfond għall-Elezzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Partit Laburista (PL), li kien ilu jmexxi lil Malta mill-2013, rebaħ it-tieni mandat fl-elezzjoni tal-2017 taħt il-mexxej ta’ dak iż-żmien Joseph Muscat. Muscat irriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit f’Jannar 2020, u minfloku t-tesserati tal-Partit Laburista għażlu lil Robert Abela bħala Mexxej u ftit wara ħa l-ġurament bħala Prim Ministru. Aktar tard dik is-sena, Bernard Grech ħa post Adrian Delia bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Il-kampanja elettorali kienet l-aktar waħda kwieta f’għexieren ta’ snin, milquta minn avvenimenti esterni, partikolarment il-pandemija Covid-19 u l-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika fit-tħejjija għall-elezzjonijiet kienu kollha qegħdin jindikaw rebħa oħra assoluta għall-Partit Laburista.
Kienu l-inqas elezzjonijiet ġenerali minn wara l-Indipendenza li ħarġu nies jivvutaw minkejja li dawk ta' 16-il u 17-il sena setgħu jivvutaw għall-ewwel darba.
Voti mhux miġbura
[immodifika | immodifika s-sors]Minn 354,896 persuna rreġistrati li jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali, 14,473 persuna ma ġabrux id-dokument tal-vot tagħhom.
L-iktar distrett li minnhom ma nġabarx il-vot huwa t-12-il distrett tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar b’2,529 persuna u l-inqas li ma ġabrux il-vot kien fis-sitt distrett ta’ Ħal Qormi, parti minn Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħal Luqa b’557 persuna.
Dawn iġibu 6,100 iktar minn kemm ma nġabrux fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2017.
Voti mitfugħa u Voti validi
[immodifika | immodifika s-sors]Kienu 85.6% ta' dawk eleġibbli li marru jivvutaw, jiġifieri 304,050 minn 354,896 li kienu eleġibbli. Fl-elezzjoni tal-2017 kienu vvutaw 92%.
Voti validi kien hemm 295,248.
Voti invalidi kienu 8,802, kważi 5,000 iktar mill-Elezzjonijiet tal-2017.
Stħarriġ tal-Opinjoni Pubblika qabel l-Elezzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Stħarriġ tal-Maltatoday ippubblikat ġimgħa qabel l-elezzjoni ġenerali kien juri li l-Partit Laburista kellu vantaġġ ta’ 9 fil-mija fuq il-Partit Nazzjonalista, b'distakk ta' 29,000 vot. Stħarriġ tat-Torċa u ta' Dr Vincent Marmara ippubblikat tlett ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali kien juri li l-Partit Laburista kellu vantaġġ ta’ 13 fil-mija fuq il-Partit Nazzjonalista, b'distakk ta' 39,000 vot kif fil-fatt ġab.
Riżultat elettorali
[immodifika | immodifika s-sors]F’din l-elezzjoni, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fi tmien distretti minn total ta’ 13-il distrett, filwaqt li l-PN kiseb il-maġġoranza f’ħames distretti elettorali.
Din hija l-lista tal-kandidati eletti:
L-Ewwel Distrett PL 60.1% PN 37.6% PL Keith Azzopardi Tanti, Deo Debattista u Aaron Farrugia PN Darren Carabott u Mario De Marco
It-Tieni Distrett PL: 71.2% PN: 26.3% PL: Robert Abela, Clyde Caruana, Chris Agius u Alison Zerafa Civelli PN: Stephen Spiteri
It-Tielet Distrett PL: 69.0% PN: 27.7% PL: Chris Fearne, Owen Bonnici, Carmelo Abela u Andy Ellul PN: Stephen Spiteri
Ir-Raba’ Distrett PL: 67.6% PN: 29.5% PL: Chris Fearne, Byron Camilleri, Jonathan Attard u Chris Bonett PN: Mark Anthony Sammut
Il-Ħames Distrett PL: 65.2% PN: 31.8% PL: Robert Abela, Miriam Dalli, Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi PN: Bernard Grech
Is-Sitt Distrett PL: 60.6% PN: 37.3% PL: Silvio Schembri, Roderick Galdes, Ian Borg PN: Jerome Caruana Cilia u Ryan Callus
Is-Seba’ Distrett PL: 55.5% PN: 41.4% PL: Ian Borg, Silvio Schembri u Julia Farrugia Portelli PN: Adrian Delia u Ryan Callus
It-Tmien Distrett PL: 44.4% PN: 52.2% PL: Clyde Caruana u Edward Zammit Lewis PN: Justin Schembri, Beppe Fenech Adami u Adrian Delia
Id-Disa’ Distrett PL: 40.6% PN: 55.9% PL: Clifton Grima u Michael Falzon PN: Joseph Giglio, Robert Arrigo u Ivan Bartolo
L-Għaxar Distrett PL: 37.0% PN: 58.6% PL: Michael Falzon u Clifton Grima PN: Joe Giglio, Robert Arrigo u Mark Anthony Sammut
Ħdax-il Distrett PL: 41.2% PN: 53.3% PL: Miriam Dalli u Alex Muscat PN: Bernard Grech, Ivan Bartolo u David Agius
Tnax-il Distrett PL: 46.8% PN: 49.5% PL: Clayton Bartolo u Michael Farrugia PN: Ivan Castillo, Robert Cutajar u Graziella Galea
Tlettax-il Distrett PL: 53.5% PN: 43.9% PL: Clint Camilleri, Anton Refalo u Jo Etienne Abela PN: Alex Borg u Chris Said