Eklissi solari

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Eklissi parzjali tax-Xemx
Eklissi Anulari

Aħna naraw ix-Xemx u l-Qamar, bejn wieħed u ieħor, tal-istess qies. Iżda l-qamar huwa xi 400 darba iżgħar mix-Xemx u xi 400 darba eqreb ukoll. Waqt l-eklissi totali tax-Xemx, il-qamar jgħatti il-fotosfera kompletament, b'hekk jinkixfu il-kromosfera u l-korona inviżibbli.

Li kieku il-Qamar kellu jdur mad-Dinja bl-istess mod li jdur max-Xemx (ellitikku), l-eklissi totali tax-Xemx kienu isiru kull darba meta jkun hemm Qamar ġdid. Però l-orbita Qamrija hija inklinata b'xi 5 gradi lejn l-elitiku, u għalhekk kultant il-Qamar jgħaddi 'il fuq u kultant taħt ix-Xemx. Biss meta l-Qamar jkun fl-istess pjan ellittiku tad-dinja f'qamar ġdid li eklissi solari tkun possibbli li sseħħ.

L-orbiti tal-Art u l-Qamar mhumiex ċirkulari, għalhekk id-dijametri angulari tal-Qamar u tax-Xemx li jidhru fis-sema jvarjaw. Hekk xi minn daqqiet il-Qamar jidher iżgħar mix-Xemx u jkun hemm eklissi anilari; ċirku mill-fotosfera jdawwar l-Qamar, u allura l-korona tax-Xemx ma tidhirx.


Il-korona solari tidher biss meta l-eklissi totali tax-Xemx iseħħu, dan jista' jiġi esperjenzat minn min jara l-eklissi totali tax-Xemx biss jekk ikun qiegħed taħt l-ombra ewlenija tal-qamar. Fid-dell penumbrali jkun possibbli biss li wieħed jara eklissi parzjali tax-Xemx.