Edward Snowden
Edward Joseph Snowden (Elizabeth City, 21 ta' Ġunju 1983)[1] huwa informatiku Amerikan u eks-kuntrattur tekniku għall-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali (NSA) u l-Aġenzija Ċentrali tal-Intelliġenza (CIA) li ħareġ informazzjoni sensittiva tal-gvern Amerikan u Brittaniku lill-istampa.
Flimkien ma' Glenn Greenwald tal-gazzetta Ingliża The Guardian, li ppubblikat serje ta' exposés ibbażati fuq l-iżvelar ta' Snowden f'Ġunju tal-2013, Snowden żvela informazzjoni fuq varjetà ta' programmi ta' intelliġenza klassifikati, fosthom l-interċettazzjoni ta' metadati ta' telefonati Amerikani u Ewropej u l-programmi ta' sorveljanza elettronika PRISM u Tempora. Snowden irrimarka li dawn ir-rivelazzjonijiet kienu sforz "sabiex ninforma lill-pubbliku, fuq dak li jsir f'isimhom u dak li qed isir kontrihom."[2]
Nhar l-14 ta' Ġunju 2013, il-prosekuturi federali tal-Istati Uniti akkużaw lil Snowden bi spjunaġġ u serq ta' proprjetà governattiva.[3] Snowden kien ħalla l-Istati Uniti qabel il-pubblikazzjoni tar-rivelazzjonijiet tiegħu, l-ewwel lejn Ħong Kong u wara lejn ir-Russja, fejn irċieva ażil temporanju.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Ackerman, Spencer (10 ta' Ġunju 2013). The Guardian (ed.). "Edward Snowden failed in attempt to join US army's elite special forces unit" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ The Washington Post, ed. (9 ta' Ġunju 2013). "Edward Snowden comes forward as source of NSA leaks" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|koawturi=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Peter Finn; Sari Horwitz (21 ta' Ġunju 2013). The Washington Post (ed.). "U.S. charges Snowden with espionage" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)Manutenzjoni CS1: iktar minn isem wieħed: authors list (link)
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Edward Snowden |
- (EN) Dikjarazzjoni ta' WikiLeaks dwar it-tluq ta' Edward Snowden minn Ħong Kong, WikiLeaks
- (EN) Dikjarazzjoni tal-Gvern ta' Ħong Kong fuq Edward Snowden, Gvern ta' Ħong Kong