Drittijiet LGBT f'Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Id-drittijiet tal-lesbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneri (LGBT) f'Malta huma ta' standard eċċellenti, komparabbli ma' dawk ta' pajjiżi Ewropew oħra. Matul it-tmiem tal-20 u l-bidu tal-21 sekli, il-kuxjenza dwar id-drittijiet tal-kommunità LGBT kibret u l-attività sesswali bejn żewġ individwi tal-istess sess saret legali f'1973 u ngħatat l-istess età ta' kunsens bħal dik bejn żewġ individwi ta' sess differenti.

Malta għandha reputazzjoni qawwija fejn tidħol il-libertà li tagħti liċ-ċittadini LGBT tagħha. Minn Ottubru f'2015 Malta ġiet iklassifikata bħall-aqwa pajjiż fir-rigward tad-drittijiet tan-nies LGBT fir-reġjun Ewropej tal-Assoċjazzjoni tal-Lesbjani, Omosesswali, Bisesswali, Transġeneri u Intersessi (ILGA-Europe), 'il quddiem minn 49 pajjiż Ewropej li ġie osservat. Mindu dak iż-żmien għadha ma tilfetx dak l-unur. Malta wieħed min-numru żgħir ta' pajjiżi li taw l-ugwaljanza għad-drittijiet LGBT f'livell kostituzzjonali. F'2016, Malta saret l-ewwel pajjiz fl-Unjoni Ewropea li jiprojbixxi t-terapija tal-konverżjoni.

Id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità u espressjoni tal-ġeneru hija pprojbita fil-pajjiż kollu mindu 2004. L-omosesswali, il-lesbjani u l-bisesswali għandhom id-dritt jservu fl-armata mindu 2002. Id-drittijiet tat-transġeneri u intersessi huma bejn l-aqwa fid-dinja. Iż-żwieġ bejn żewġ individwi tal-istess sess ġie legalizzat fl-1 ta' Settembru f'2017. Fi stħarriġ ta' opinjoni mwettaq f'2015, il-maġġoranza indikat li ssostni ż-żwieġ omosesswali.

L-istorja ta' nies LGBT f’Malta[immodifika | immodifika s-sors]

Antikità[immodifika | immodifika s-sors]

Skultura ta' żewġ qaddisin mhux magħrufin, issa fil-Mużew tal-Arkeoloġija ta' Għawdex

Skultura magħmula minn ġebla tal-franka li turi żewġ qaddisin mhux magħrufin ġiet irkuprata fi Xlendi, Għawdew fil-bidu tal-20 seklu fi knisja medjevali li m'għadiex teżisti. Hemm min jissuġerixxi li ż-żewġ qaddisin huma l-qaddisin Sergius u Bacchus, li allegatament ħabbew lil xulxin. Min-naħa tal-awtoritajiet lokali, il-qaddisin fuq l-iskultura jafu jirrapreżentaw lil-qaddisin Pietru u Pawl.