Diskussjoni utent:Rene'

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

It-Terapija Muzikali

Sa minn zmien l-Egizzjani u l-Griegi l-muzika kienet tigi kkunsidrata bhala terapija ghall-fejqan ta’mard. Insibu wkoll referenzi fil-bibbja fuq kif il-muzika tista’ tintuza bhala rimedju ghall-kura ta’ mard kif ukoll bhala mezz ta’kif wiehed jesprimi ruhu. Il-kuncertt li juri lill-muzika bhala mezz rikreattiv biss, huwa hafna zghir fejn il-potenzjal vera li tista’ toffri l-muzika.

Fuq livell elementali l-muzika ghandha l-qawwa li tikkalma, ittejjeb jew tbiddel burdati li ma jkunux daqshekk pjacevoli. Sfortunament il-hajja tas-seklu 21 saret wisq mghaggla fejn ix-xoghol jigi qabel kollox, bil-konsegwenza li jibqghalna ftit hin fejn ahna nirrilassaw ruhna mit-tenzjoni u l-problemi ta’kuljum li zgur ma jaghmlux gid ghal-sahhitna. Ir-ricerka xjentifika flimkien ma’ filosfi jiddefinixxu l-muzika bhala medicina ewlenija ghall-beneficcju tal-menti tqal taghna. Billi wiehed idoqq diska favorita, jattendi ghal xi kuncert muzikali kif ukoll billi jdoqq xi strument, ikun qieghed jehles mit-tensjoni u jtejjeb ir-rilassament li hu tant bzonnjuz. It-terapija muzikali hija utli ghal kulhadd minn trabi u tfal sa anzjani, tant li tista’ taffetwa r-ritmu pulmonarju tan-nifs, it-tahbita tal-qalb kif ukoll il-pressjoni tad-demm fil-gisem.

Aktar ma jghaddi z-zmien, l-isptarijiet qeghdin juzaw il-muzika biex joholqu atmosfera kalma u pacifika fejn il-pazjenti jkunu aktar kalmi u rilassati waqt li jkunu sottoposti ghall-kura u trattamenti medicinali ohra. That dawn ic-cirkostanzi l-istatistika u l-fatti juruna li l-kura tahdem u tirnexxi aktar fuq il-pazjenti biex tfejjaqhom minn mard problematiku. Bit-tonalitajiet u l-vibrazzjonijiet kif ukoll bil-frekwenzi energetici taghha, il-muzika tistimola l-organi kif ukoll it-tessuti organici tal-gisem biex dawn kollha jahdmu f’armonizzazzjoni. B’rizultat ta’dan il-gisem ikun b’sahhtu, biex ikun kapaci jipprotegi ruhu minn mard u viruses li jattakawh. Billi sempliciment isemmghu muzika addattat, it-tobba u l-practitioners jittrattaw pazjenti bi problemi emozzjonali, pazjenti b’dipressjonijiet li jsolvu b’autism kif ukoll pazjenti li jsofru mill-mard ta’ l-Alzheimer. Il-muzika tghin lill-pazjent jaffronta l-problema u l-kura tieghu b’aktar kuragg u fiducja billi wkoll jesprimi ruhu aktar facilment ma’persuni ohrajn.

Dr.Johann Lowey li tispecjalizza fi trattamenti b’terapija muzikali fuq it-tfal fil-qasam pedjatriku tal-Beth-Israel Hospital fi New York, tuza t-terapija muzikali fuq it-tfal li jkunu jiehdu kura fuq l-ispina tad-dahar. Dan taghmlu billi ddoqq u tkanta bil-kitarra, biex billi tiprovizza tghin lit-tfal jegevolaw ruhhom ma’ dak li jkun qed jigri waqt l-operazzjoni billi jhossuhom aktar kunfidenti mat-tobba. Hafna drabi t-tfal fl-isptarijiet jesperjenzaw tahlita ta’ biza’, ugigh kif ukoll emozzjonijiet qawwija li jghamluha aktar difficli ghat-tobba biex isiru jafu kif verament qed ihossuhom it-tfal. Minhabba d-delikatezza tat-tfal u s-sensittivita’ taghhom ghall-anestetici, it-tobba ma jkunux jistghu jamministraw medicini zejda izda jillimitaw ruhhom ghal dan permezz tat-terapija muzikali biex waqt li l-ugigh fiziku jizdied minhobba n-nuqqas ta’dozi anestetici, it-terapija muzikali ttaffi l-ugigh tal-pazjent koncernat billi taljenah u tqawwilu qalbu fuq dak li jkun qad isir fuqu. Hawnhekk naraw kif il-muzika hija l-proprja anestesija.

Barbara Dunn, f’Bailey Bushey House f’Seattle hija specjalista fi trattamenti ghall-pazjenti li jsofru b’mard terminali bhall- Aids u l-kancer. Hija tghin lill pazjent jaffaccja u jikkontrolla l-ugigh billi jifhem aktar il-punti principali li johorgu mill-marda tieghu.Bara Dunn tistaqsi lill-pazjent taghha liema hija l-aktar kanzunetta favorita’ tieghu u tghinu jkantaha jew jista’ jaghmel l-impossibbli rigward il-marda tieghu u jitheggeg jiggieled il-marda tieghu b’mod kostruttiv, fejn qatt qabel ma kien irnexxielu jaghmel dan. Is-suggett kif ukoll il-kliem tal-kanzunetta jaffettwaw emozzjonalment lill-pazjent ukoll billi jirrijalinjawh fuq hsibijietu (fuq problema tal-mard) b’aktar determinazzjoni. F’cirkostanzi normali s-sistema immunitarja tal-gisem tiddistingwi awtomatikament it-tajjeb mill-hazin fil-gisem taghna. Izda f’kaz ta’mard specifiku din is-sistema tahdem bil-kontra u tattakka t-tessuti u l-organi tajbin fil-gisem biex tohloq mard bhal-lukimja, allergija, filwaqt li ma tiggilidx kontra mard kif suppost taghmel bhall- viruses ta’l-HIV u celloli tal-Kancer. Il-muzika tghin lill-mohh jikkoordina lill-gisem biex jiggieled il-mard li suppost jiggieled. Muzika bhall-Jazz tista’ tkun ta’ghajnuna partikolari ghaliex hija stil ta’muzika li tesprimi valur ghali ta’ individwalita’, fejn il-muzicist jesprimi ruhu minghajr ma jaghti kas ta’kif haddiehor ihares lejh. Simili l-ghana Maltija hija tip ta’ muzika folkloristika ta’kif wiehed jesprimi ruhu billi jimprovizza. Il-muzika wkoll tista’ tintuza biex tghin lill-anzjani u persuni b’dizabilita’ biex jippriservaw mohh b’sahhtu u san biex ukoll isostnu l-koordinazzjoni tal-gisem avvanzat. Terapija bhal dawn jinvolvu laqghat ta’ gruppi minn ta’ l-inqas darba fil-gimgha, ta’ siegha jew aktar, fejn il-pazjenti jigu mhegga jdoqqu strumenti muzikali jew inkella jkantaw kif jafu huma. Mhux importanti jekk tkunx intiz muzikalment jew le, billi thabbat tanburin jew tanbur b’certu ritmu tista’taghmel gid daqs li kieku ddoq vjolin jew klarinett. Din l-attivita’ muzikali, taght it-tmexxija ta’ terapist kwalifikat, tigi ppersonalizzata skond in-necessitajiet ta’ pazjenti individwali.

Studju iehor juri kif it-terapija muzikali tghin biex thaffef il-process ta’rkupru ta’trabi premature, u ghalhekk dawn idumu inqas l-isptar ghall-kura wara t-twelid. Dan l-irkupru f’inqas zmien, igib mieghu wkoll beneficcji ekonomici biex ghalhekk jintefqu inqas flus ghall-kura iqsar. L-istess studju, wera wkoll kif it-terapija muzikali tista’ tkun ta’ghajnuna fir-rata ta’zvilupp ta’tarbija li ghadha titwieled. Barra minn hekk it-terapija tista’ tkun anke ta’beneficcju ghat-tobba u n-nurses biex tghinhom jimmaniggjaw l-istress taghhom u jahdmu b’aktar kawtela. Fadal hafna aktar ricerka xi ssir biex verament insiru nafu l-ahjar uzu tat-terapiji muzikali u nispera li l-awtoritajiet tas-sahha Maltija jiehdu dan il-mezz ta’fejqan b’aktar serjeta’ u impenn.


Prof.Josef Grech ©2003

regarding this text - where did it come from? do we have permission to use it in wikipedia? 「ѕʀʟ·16:04, 17 Lulju 2006 (UTC)[wieġeb]