Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni utent:Ivan F. Bartolo

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aglabidi flok L-Agħlabidi

[immodifika s-sors]

Hello @Ivan F. Bartolo: l-artiklu li ħloqt int tmexxa għal Aglabidi wara diskussjoni fil-kommunità. Skużani, messni għarrafek b'dan fuq il-paġna ta' diskussjoni tiegħek bħala utent. Irrid inżomm f'moħħi li kongtributuri li għadhom ġodda mhux neċessarjament ikunu familjari mal-mod kif niddiskutu u niddeċiedu dwar ċertu ċaqlieq t'artikli.

Inċidentalment, kif inkun ċert li rajt dan il-messaġġ, jien se nneħħi dan l-artiklu L-Agħlabidi li int ħloqt mill-ġdid, għax it-tajjeb qiegħed hawn: Aglabidi. Grazzi u skużani mill-ġdid! -- ToniSant (d) 16:05, 20 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]

Hi Toni.
Jien s’issa għamilt numru ta’ traduzzjonijiet u mhux qed jirnexxili ndaħħal side tables eżistenti fit-traduzzjoni.
Qed ikolli problema wkoll meta nuża referenzi diversi drabi (reuse).
Rigward l-isem Agħlabid, kont ktibtha bl'għ għaliex b'għarbi l-kelma 'aghlabid ( أغلابيد) tinstema' bil-ħoss ta' Ħ. Forsi xi mgħallem tal-gharbi jista jiggwidana aħjar.
Bħala nota, sorsi bħal Brittanica fost ohrajn jiktbu l-isem bl-Ingliz bħala Aghlabid.
Mexxini int kif l-aħjar li nagħmlu.għax jekk dan inkun irrid nikoreġi l-artiklu kollu. Ivan F. Bartolo (d) 08:16, 21 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
Dwar "side tables" (naħseb qed tgħid għal infoboxes u mudelli oħra), dawk insihom meta tuża l-għodda tat-traduzzjoni.
Innotajt ukoll il-problema li qed ikollok bir-reuse tar-referenzi. Naddafthomlok kollha f'dan l-artiklu. Filkaż nurik sew kif tgħid tagħmel biex ma jkollox din il-problema. Waħda minn dawk: easy when you know how. :-)
Dwar l-użu tal-g u ħ ħdejn xulxin fil-Malti, dawn irendu l-ħoss tal-għ (għajn) flok ħoss ta' Ħ. Għalhekk Utent:Trigcly (li l-kommunità tagħna tafda sew bħala traduttur) ssuġġerixxa t-transliterazzjoni li qed nużaw. Dan apparti li f'lingwi rumanzi li l-Malti jissellef sostanzjalment minnhom ukoll (Katalan u Spanjol) l-"h" jew "ħ" taqa' kompletament. Nistgħu ninkludu sentenza jew tnejn dwar dan il-varjazzjonijiet fl-isem fl-artiklu stess.
Tlabtni mmexxik jien: taħdimx aktar fuq l-artiklu bl-isem L-Agħlabidi għax dan issa tħassar (nispera għall-aħħar darba) u minflok aħdem fuq l-artiklu bl-isem Aglabidi li diġà sar tindif sostanzjali fuqu fl-ispirtu ta' dan li qed niktiblek. Grazzi ħafna! -- ToniSant (d) 09:52, 21 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
M'inix mgħallem tal-Għarbi iżda ninteressa ruħi fl-arti u fl-arkitettura Iżlamika u l-użu ta' kliem Semitiku fil-Malti. Il-gh mill-Ingliż u mil-lingwi Rumanzi normalment tiġi ttrażlitterata bl-ittra g bil-Malti. L-istess bħal kh li fl-artiklu stess sar k (eż. kaliff, kaliffat). L-għ bil-Malti sar ħoss sieket għajr għal xi ftit fdalijiet mill-imgħoddi u għad-differenza tal-Għarbi l-ħoss iktar aħrax tal-ħ qabel u wara l-konsonanti ġeneralment ma jitlissinx.
Suġġeriment: għall-konsistenza, meta jkollok dubji, tista' tagħmel tiftixa ġenerali fil-Wikipedija u tara jekk it-terminu bil-Malti ntużax għall-istess kuntest. Trigcly (d) 10:21, 21 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
@ToniSant
@Trigcly
Grazzi Toni u Trigcly għal gwida siewja dwar dan l-artiklu. Importanti li l-informazzjoni tkun korretta kemm jista jkun għaliex dan l-artiklu huwa parti mis-sisien għal ġabra ta'tagħrif dwar il-repopulazzjoni ta' Malta.
@ToniSant
L-articklu kif issa qed jidher hemm tlett sezzjonijiet neqsin (Apogee in Ifriqiya, Decline and fall u Architecture)
Għandi nifhem li issa dawn intilfu. Jekk dan hu fatt, nerġa' nittraduċihom aktar tard. Ivan F. Bartolo (d) 11:56, 21 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
@Ivan F. Bartolo: iva, dak li jiġri meta nużaw l-għodda tat-traduzzjoni għal aktar minn biex sempliċiment noħolqu l-artiklu. Importanti li l-għodda tat-traduzzjoni tinsiha issa fejn jidħol dan l-artiklu u tikteb it-taqsimiet li tixtieq iżżid direttament fl-artiklu. Tassew qed tagħmel biċċa xogħol tajba u tiddejjaq xejn tistaqsi. Jien hekk tgħallimt, mill-iżbalji tiegħi stess u bl-għajnuna ta' kontributuri oħra attivi regolarment fuq il-Wikipedija. Grazzi mill-ġdid! -- ToniSant (d) 14:57, 21 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]