Diskussjoni mudell:WIP

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Tħassir?[immodifika s-sors]

Ma nafx għala din it-template għandha titħassar. L-ewwel ħaġa, din it-template l-użu tagħha mhux biex tagħmel artiklu tiegħek (jew aħjar bl-Ingliż ownership) imma din titpoġġa f'artiklu fejn l-utent ikun qed jaħdem fuqu. Din l-istess template, jekk tista' tara hi l-istess bħat-template Taljana. Grazzi. »Chrisportelli (tħaddet) 05:34, 5 Lulju 2008 (UTC)

Skuzani ta imma li jagħmlu t-taljani m'għandux ikun l-evanġelu tagħna ..is-sitwazzjoni tagħhom hija ferm differenti minn tagħna.. Mintiex se tqabbel il-wikipedija tat-taljan ma' dik tal-malti tgħid.. Hawnhekk biex ikollna kontribuzzjoni tkun wegħda (eskludi l-kontribuzzjonijiet tagħna). Irridu kull kontribuzzjoni li nistgħu nġibu. Jaf jitħol utent u issib template bħal dik u ma jagħmilx il-kontribuzzjoni tiegħu.. x'garanzija għandhek li dan se jerġa jiġi lura?? xejn..kif jiġri f'ħafna mill-kazi... speċjalment bħal dik tal-artiklu Real madrid.. biex taxxaqa anka l-utent li għamila m'għadux attiv. Jiddispjaċini imma kunflitt ta' editjar fuq din il-wikipedija l-probabilita li din tiġri hija ferm diffiċli.--Gian 10:09, 6 Lulju 2008 (UTC)

Naf li forsi ma tantx hawn utenti li jikkontribwixxu fuq il-Wikipedija Maltija. Però lanqas għandna nħassru din it-template. Nistgħu nadottaw il-kontenut tat-Template:WIP2 u nagħmluh minflok il-kontenut ta' Template:WIP minħabba li fl-ewwel waħda tippermetti lil utenti oħra li xorta jimmodifikaw l-artiklu li jkollu dan l-avviż. Wara nistgħu, bl-għajnuna ta' amministratur, inħassru t-template WIP2. »Chrisportelli (tħaddet) 10:33, 6 Lulju 2008 (UTC)
Ok mela nagħmlu hekk inħassru Template:WIP u irranġajt Template:WIP2 kif nixtieqa.
Jekk utent irrid juri li qiegħed jagħmel traduzzjoni ta' paġna minn xi wiki oħra.. juża t-template: Template:Traduzzjoni flimkien ma' Template:WIP2
x'taħseb? --Gian 11:08, 6 Lulju 2008 (UTC)
Jien għalija naħseb li din hi l-aqwa soluzzjoni. Inbiddlu l-kontenut tat-Template:WIP u nagħmluh dak ta' Template:WIP2. Jekk utent ikun qed jagħmel xi traduzzjoni jista' wkoll juża' t-Template:Traduzzjoni, imma jekk ikun qed jagħmel xi xogħol ta' ktiba biss (u mhux ta' traduzzjoni) m'hemmx bżonn juża' din it-template ta' traduzzjoni. »Chrisportelli (tħaddet) 11:38, 6 Lulju 2008 (UTC)