Diskussjoni:Sit ta' Wirt Dinji

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Trigcly: Ippruvajt indaħħal ritratt li kont ħadt jien tal-plakka tal-UNESCO tal-Belt Valletta bl-emblema uffiċjali bil-Malti li turi li uffiċjalment tintuża 'wirt dinji' mhux 'patrimonju dinji', iżda kif nipprova nagħmel upload u niddikjara li xogħli, is-sistema ma tħallinix minħabba il-jeddijiet tal-awtur (We could not determine whether this file is suitable for Wikimedia Commons ...).

Navigazzjoni[immodifika s-sors]

Qed nara l-kumment tiegħek @Trigcly dwar ritratt hawn fuq u ma nafx jekk din il-biċċa għadiex pendenti.

Dan fakkarni ukoll biex nistaqsik jekk tixtieqx naħdmu flimkien biex tinħoloq l-ekwivalenti ta' din il-paġna bil-Malti. Il-kontribuzzjoni tiegħi tkun biex jinħolqu u jiddaħħlu l-mudelli bil-Malti bħal dan u dan fin-naħa t'isfel ta' kull lista rispettiva. X'taħseb? -- ToniSant (d) 07:54, 24 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]

Le ilu dak il-kumment. Insejt eżatt x'kienet il-problema. Rigward il-mudelli bil-qalb kollha, allavolja ma tantx nifhem wisq fil-coding Sors. Trigcly (d) 08:10, 24 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
Mela tħalluh hemm dak il-kumment l-antik tal-2001. :-)
Dwar dan li qed nissuġġerixxi jien, tħabbilx rasek dwar coding. Dak nieħu ħsiebu kollu jien. Pero xorta għandi bżonn lilek tiggwidani fuq żewġ affarijiet: (a) l-ismijiet sew bil-Malti, u (b) fejn u kif eżatt għandu jiddaħħal il-mudell. Ħa nibda billi noħloq xi żewġ mudelli u nerġa' nkellmek. Grazzi! -- ToniSant (d) 08:13, 24 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
@Trigcly: il-qafas bażiku lest fuq din il-paġna. Magħha jorbot ukoll dan il-mudell. X'taħseb? -- ToniSant (d) 15:31, 24 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
Perfett! Prosit tassew. L-ismijiet bil-Malti issa nieħu ħsieb inqabbilhom mal-lista uffiċjali, f'idi għaż-żewġ mudelli. Jekk tgħidli ftit it-taqsira tal-mudelli x'inhi, nieħu ħsieb nipprova nibda nintegrahom pajjiż, pajjiż. Trigcly (d) 16:01, 24 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
@Trigcly: il-mudel prinċipali jismu: Listi ta' Siti ta' Wirt Dinji. Però dan jindika ukoll il-bżonn ta' listi bil-kontinent (jew żoni f'kull kontinent) u dawn eventwalment ikollhom mudell għal kull wieħed biex b'hekk qarrej ikun jista' jqalleb bejn l-artikli dwar is-siti f'żona partikolari f'xi kontinent jew ieħor. Din biċċa xogħol li tieħu ĦAFNA żmien naturalement. Qed insemmiha llum l-aktar biex ngħid ukoll li issa għandna mod aħjar biex fuq mt.wp ikollna sens tat-totalità tas-Siti ta' Wirt Dinji madwar id-dinja. Intant qed naħseb ukoll dwar il-possibilità li niżviluppaw infobox għas-Siti ta' Wirt Dinji kollha li tkun iġġenerata awtomatikament mill-informazzjoni f'Wikidata. Dwar din irrid inkellem naqra lil @Mtanti xi mument. -- ToniSant (d) 19:54, 27 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
Bil-mod il-mod naslu :) Daħħalt l-ewwel mudell fl-abbozz tal-artiklu tal-Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-Punent tal-Ewropa. Ma rridx nitlob wisq, imma taħseb tista' tħejji mudell ieħor għal-Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Ewropa bħalma hemm fil-verżjoni tal-artiklu bl-Ingliż? Grazzi! Trigcly (d) 16:24, 28 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
@Trigcly: xi ħaġa hekk? -- ToniSant (d) 18:53, 28 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
Mill-ħaġra t-tajn! Perfett, grazzi :) Trigcly (d) 06:03, 29 Awwissu 2023 (UTC)[wieġeb]
@Trigcly: u issa għandna Mudell:Listi ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Asja ukoll. Tajjeb? Jaf għandu bżonn ftit irfinar biex ikun perfett. -- ToniSant (d) 18:44, 5 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]
Lest ukoll :) Grazzi! Trigcly (d) 09:18, 6 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]
Meta jkollok ċans hemm tal-Oċeanja kważi lest ukoll. Grazzi. Trigcly (d) 17:37, 6 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]
@Trigcly: għal xi raġuni ma jidhirx li hemm tal-Oċeanja bl-Ingliż. Li hemm huwa għall-Awstralja u New Zealand separati. Qed nara sew? U jekk iva, x'tissuġġerixxi li nagħmlu? -- ToniSant (d) 09:26, 7 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]
Iva sew qed tgħid. Naħseb dan għaliex tal-Awstralja biss hemm artiklu. Minflok, nista' nżid sezzjoni "Ara wkoll" u ndaħħal il-ħolqa għal-lista separata tal-Awstralja. Trigcly (d) 09:52, 7 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]
@Trigcly: ara naqra x'taħseb minn tal-Afrika. Għandu bżonn xi ftit tiswija naħseb. -- ToniSant (d) 13:47, 9 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]
Lesta wkoll :) Grazzi. Trigcly (d) 14:00, 10 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]
@ToniSant Meta jkollok ċans, fadal l-aħħar template tal-Amerki (Lists_of_World_Heritage_Sites_in_the_Americas) u nkunu lesti. Trigcly (d) 12:12, 21 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]
@Trigcly: ok, mela ara issawwix ftit l-ismijiet fuq dan. Grazzi! -- ToniSant (d) 19:54, 21 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]
Lest ukoll. Fadalli nlesti lista ġenerali tal-Amerka ta' Fuq u tal-Amerka t'Isfel, u l-aħħar pajjiżi individwali tal-Amerka t'Isfel. Imbagħad naġġorna s-siti l-ġodda tal-2023 li żdiedu din il-ġimgħa. Trigcly (d) 20:44, 21 Settembru 2023 (UTC)[wieġeb]