Diskussjoni:Partit Nazzjonalista (Malta)
Partit Nazzjonalista huwa isem ġeneriku, għalhekk għall-partit Malti issib (Malta) fil-parenteżi. Taqbdux u tbiddlu kollox bl-addoċċ. Qabel ma tkunu ser tagħmlu modifika maġġuri, użaw il-paġna ta' diskussjoni u saqsu għall-pariri u opinjonijiet. Tajjeb li tieħdu inizzjattiva imma din għandha dejjem tittieħed bil-qies. --Roderick Mallia 07:05, 30 Ottubru 2005 (UTC)
Roderick, dan l-artiklu ħarsa waħda tajtu u sibt żball enormi biex inkun onest. Dan hu s-segwenti:
"Immedjatament wara l-Ewwel Gwerra Dinija il-Partit ittrasforma ruħu f'koalizzjoni aktar wiegħsa bl-isem ta' Unjoni Politika Maltija. Grupp aktar radikali u pro-Taljan, immexxi minn Dott. Enrico Mizzi (iben Fortunato), bl-isem ta' "Partit Demokratiku Nazzjonalista" inqata' minn mal-Partit il-kbir."
Apparti illi ssemmi l-Unione Politica Maltese bħala Unjoni Politika Maltija huwa fl-opinjoni tiegħi skorrett meta jitħalla barra l-isem bit-Taljan, li kien l-isem uffiċjali ta' l-UPM, l-iżball storiku kbir huwa meta jingħad illi l-""Partit Demokratiku Nazzjonalista" (l-isem uffiċjali kien Partito Democratico Nazionalista u għaldaqstant ikun tajjeb li f'isem il-preċiżjoni storika u l-professjonalità fir-rappurtaġġ tagħha illi jkun hemm l-isem bit-Taljan bi traduzzjoni bil-Malti u mhux ta' l-aħħar biss) inqata' minn mal-Partit il-kbir." Dan huwa storikament inkorrett peress li l-Partito Democratico Nazionalista kien l-ewwel indipendenti u mbagħad fl-1926 amalgama ma' l-Unione Politica Maltese biex jiffurmaw il-Partito Nazionalista (Partit Nazzjonalista).
Il-Partito Democratico Nazionalista ta' Enrico Mizzi ma kienx wieħed xismatiku fil-konfront tal-Partito Nazionalista. Forsi qegħda ssir konfużjoni bejn il-Partit Nazzjonalista taħt Giorgio Borg Olivier u l-Partit Demokratiku Nazzjonalista ta' Herbert Ganado li kien iffurmat minn Herbert Ganado wara li seħħet firda ta' grupp ta' partitarji u persuni prominenti fil-Partit Nazzjonalista biex ġie iffurmat il-Partit Demokratiku Nazzjonalista Ganadjan li kien omonimu tal-PDN ta' Enrico Mizzi.
Ix-xiżma msemmija seħħet fis-snin 60 peress li l-Ganadjani, li kienu ġeneralment nazzjonalisti antiki u aktar ferventi, kienu Kattoliċi ferventi u anti-soċjalisti/Mintoffjani aktar mill-PN ta' Borg Olivier. Dan almenu fil-fehma tagħhom, iżda nemmen li kienu korretti anke jekk forsi għażlu triq estrema bil-firda. Kellhom ukoll diżgwidi tort tal-metodu ta' amministrazzjoni u r-rotta politika/ideoloġika li kien qed jieħu l-PN taħt Borg Olivier.
Però, l-PDN ta' Enrico Mizzi qatt ma kien wieħed li infired minn grupp ieħor iżda ġie iffurmat indipendentement mill-UPM, f'epoka fejn il-movimenti nazzjonalisti kienu anqas ċentralizzati u ma kienux magħqudin taħt il-kappa tal-Partito Nazionalista almenu sa l-1926.
Hemm ukoll żbalji storiċi jew ineżattezzi oħrajn f'dan l-artiklu li mhux issustanzjati mill-fatti storiċi. Affarijiet żgħar komunkwe.