Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni:Muħammed

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Diġà għandna nebbieta għal Muħammed, li hija l-pronunzja popolari ta' Muħammad. Nipproponi li dak li jidher f'Muħammad jiġi traspostat flok dak li jidher f'Muħammed u jkun hemm sempliċi rindirizz biex nikkonsolidaw iż-żewġ pronunzji. Napprezza kumment/i dwar hekk qabel immexxi, speċjalment mingħandi Utent:Trigcly la darba għamel tant xogħol fuq dan l-artiklu. --ToniSant (d) 18:01, 3 Awwissu 2021 (UTC)[wieġeb]

@Utent:ToniSant skużawni, ma ndunajtx li kien hemm nebbieta eżistenti. Kont qed naġġorna l-artiklu dwar Ġesù u sibt li Muħammad (miktuba hekk flok Muħammed) kien fost l-artikli rikjesti nieqsa u bdejt nagħmlu. Issa ndunajt li kien hemm nebbieta ċkejkna diġà. Iva naħseb tajjeb rindirizz.
Tajjeb, Utent:Trigcly! Lesta. Naħseb li jonqos issa huwa li fl-artiklu nindirizzaw il-varjazzjoni fil-pronunzja mill-Għarbi klassiku għall-Malti modern. Irrid ngħid, aħna Muħammed ngħidu, le? Grazzi. --ToniSant (d) 13:41, 4 Awwissu 2021 (UTC)[wieġeb]
Grazzi Utent:ToniSant! Żidt il-kontenut li ġej "pronunzjat bl-Għarbi Klassiku: [muˈħammad]; pronunzjat bil-Malti l-iktar bħala [muˈħammed] jew [moˈħammed] jekk mhux verbatim bħall-Għarbi Klassiku" fl-introduzzjoni u aġġornajt l-isem bħat-titlu tul l-artiklu kollu.