Diskussjoni:Fihrin
Dehra
Qabil flok Klann bil-Malti?
[immodifika s-sors]@SidAlmoħadMuwaħħid - jidher li qed tuża l-kelma qabil flok klann għal dik li bl-ingliż tissejjaħ clan. Qabil ma nafx li tintuża fil-Malti. Int minn fejn ġibtha? Id-dizzjunarju t'Aquilina jagħti "klann" għal "clan" u allura aħna aktarx li nagħżlu din il-kelma flok xi waħda eqdem minnha biex nitftehmu sew. Grazzi. -- ToniSant (d) 21:03, 20 Frar 2024 (UTC)
- @ToniSant skużani għal dik għaliex sibtha minn Wiktionary meta kont qed infittex il-kelma "klann" imma minflok sibt il-kelma qabil (li hija l-kelma eżatta użata fis-sorsi Għarbi). Ma kontx naf li kienet kelma ħafna arkajka, jekk iva mela aħjar biex tuża "klann" ;) -- SidAlmoħadMuwaħħid (d) 22:52, 20 Frar 2024 (UTC)
- @ToniSant bl-Għarbi (u forsi l-Malti arkajku), il-kelma qabil (pl. qobla jew qbejjel) b'mod ġeneralment hija tintuża għal "tip, kampjun" u "tribù" iżda meta speċjalment jirriferi għall-"Arabic clan", "qabil" dejjem użat. Bl-Ingliż huwa possibli biex uża "tribe" minflok "clan" ukoll. Naħseb li nħobb biss nirreferi kemm għas-sorsi Għarbi kif ukoll għall-Ingliż. :D -- SidAlmoħadMuwaħħid (d) 23:31, 20 Frar 2024 (UTC)
- Iva @SidAlmoħadMuwaħħid, ħafna mill-kliem t'oriġini semitika jew ossija Għarbija huwa arkajku u allura l-biċċa l-kbira tal-qarrejja ma jifhmux xi jkun ifisser. Nużaw il-kelma semitika meta din ma tkunx arkajka, sintendi. Aħna bħala regolara (mhux miktuba!) nimxu ħafna mad-dizzjunarju t'Aquilina. Klann jew tribù ċertament li huma kliem relattivament aktar riċenti minn qabil (kelma sabiħa ħafna!) però fil-kuntest ta' dan l-artiklu partikolari naħseb li klann hija l-aħjar kelma. Dan id-diskors dwar il-kelma qabil jista' jkun fuq l-artiklu dwar klann jew tribù. :-) Għandna bżonn artiklu hekk fil-Wikipedija, le? -- ToniSant (d) 09:55, 21 Frar 2024 (UTC)
- @ToniSant sew mela se nibdil il-kelma lejn "klann" u kont ippjanajt biex nikteb artiklu dwar "Qbejjel/Tribujiet Għarab" fil-futur. Nixtieq nista' ikolli wkoll kopja sħiħa tad-dizzjunarju Aquilina xi darba :D -- SidAlmoħadMuwaħħid (d) 10:33, 21 Frar 2024 (UTC)
- @SidAlmoħadMuwaħħid uħud mir-rebbieħa tal-konkors li torganiżża l-Wikimedia Community Malta (bħal Rebbiegħa CEE) jagħżlu lilu bħala permju! ;-) -- ToniSant (d) 14:13, 21 Frar 2024 (UTC)
- @ToniSant wow tal-kbir li naf dak! Nara bil-ħerqana li tingħaqad ma' xi ħaġa bħal dak :D Grazzi! -- SidAlmoħadMuwaħħid (d) 22:26, 21 Frar 2024 (UTC)