Diskussjoni:Enċiklopedija
Dan huwa x'kien jidher fuq din il-paġna għal bosta snin qabel ġiet reveduta u wikifikata fl-2020:
Enċiklopedija hija kitba li tinkorpora għadd ta' informazzjonijiet maqsumin f'numru kapitli b'ħafna definizzjonijiet. It-terminu letterarju enċiklopedija hu derivat minn kelma Griega li tfisser "ċirku t' informazzjoni"; f'xi każijiet tista' tfisser ukoll "edukazzjoni miġmugħa flimkien". Mhux ta' b'xejn li ħafna enċiklopediji jissejħu ukoll Ċiklopediji, għax dawn iż-żewġ terminoloġiji huma interkambjabli.
L-Enċiklopediji jistgħu jagħtu informazzjoni ġenerali, kif ukoll ikollhom numru ta' kapitli b'ħafna artikli li jolqtu ħafna dipartimenti ta' l-għerf tal-umanità. Xi eżempji famużi ta' enċiklopediji huma l-Encyclopædia Britannica bil-lingwa Ingliża u l-enċiklopedija Ġermaniża Brockhaus; Jista' jagħti l-każ li dawn l-enċiklopediji jispeċċjaliżżaw f'kampi diversi, (pereżempju enċiklopedija fuq il-mediċina, storja, filosofija, lingwistika, jew liġi). Hemm ukoll eżempji ta' enċiklopediji li jiffokaw biss fuq kampijiet li jiffurmaw parti mil-lat kulturali, etniku, jew mill-perspettiva ta' nazzjon, eżempju ta' dawn huma l-Great Soviet Encyclopedia li tiffoka fuq l-ex stat Sovjetiku, u l-Encyclopedia Judaica li tiftaħ fuq l-istat Iżraeljan.
Ħafna dizzjunarji għandhom ukoll aspetti enċiklopediċi, speċjalment dawk li jiffokaw fuq aspetti partikulari (pereżempju Dizzjunarju ta' l-Opri Arkitettoniċi Maltin, Dizzjunarju ta' termini legali użati f' Malta kif ukoll Dizzjunarju tal-Mediċina).
Kienu ħafna x-xogħlijiet enċiklopediċi li nkitbu matul is-sekli, imma t-terminu enċiklopedija beda l-ewwel jiġi intużat biex jiddeskrivi dawn ix-xogħlijiet sa mis-seklu sittax.
Jekk wieħed jiġġeneralizza, hemm żewġ metodi ta' kif tiġi kklassifikata enċiklopedija, naraw li jew jiġu ikklassifikati f'ordni alfabetizzat,(li jikkonsisti f'numru ta' artikli separati organizzati fl-istess ordni alfabetiku), jew inkella organizzati f' kategoriji ta' ġerarkija. Tal-bidu huma l-iktar komuni, speċjalment fix-xogħlijiet ġenerali.
-- Jiena neħħejt dan il-kliem minn fuq il-paġna tal-artiklu imma ħassejt li għandu jinżamm hawn minħabba ċertu referenzi Maltin, anke jekk dawn mhux sostanzjati b'sorsi verifikabbli. --ToniSant (d) 19:35, 14 Ottubru 2020 (UTC)
Kelmtejn mingħand Diderot
[immodifika s-sors]Indeed, the purpose of an encyclopedia is to collect knowledge disseminated around the globe; to set forth its general system to the men with whom we live, and transmit it to those who will come after us, so that the work of preceding centuries will not become useless to the centuries to come; and so that our offspring, becoming better instructed, will at the same time become more virtuous and happy, and that we should not die without having rendered a service to the human race in the future years to come.
- ^ Denis Diderot and Jean le Rond d'Alembert Encyclopédie. University of Michigan Library:Scholarly Publishing Office and DLXS. Retrieved on: November 17, 2007