Dieudonné de Gozon

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dieudonné de Gozon
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1346 - 1353
Helion de Villeneuve - Pierre de Corneillan
Ħajja
Twelid Le Truel (en) Translate, 14 century
Nazzjonalità Franza
Mewt Rodi, 1353 (Gregorian)
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied
Dragonslayer (en) Translate

Dieudonné de Gozon kien il-Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ tal-Ordni ta' San Ġwann f'Rodi mill-1346 sal-1353. Huwa twieled minn familja nobbli f'Languedoc, Franza. Huwa kellu l-laqam Extinctor Draconis li jfisser "Qattiel tad-Draguni" bil-Latin.

Id-Dragun ta' Rodi[immodifika | immodifika s-sors]

Jingħad li kien hemm dragun fil-gżira ta' Rodi, il-Greċja li kien joqtol il-bhejjem tal-bdiewa lokali. Minkejja l-ordnijiet tal-Gran Mastru preċedenti, Hélion de Villeneuve, biex ma jiddisturbax lill-bestja, Gozon qatel lid-dragun, u dendel rasu fuq waħda mis-seba’ bibien tal-belt medjevali ta’ Rodi. Ir-ras kienet esposta sa madwar l-1837, meta ġiet mormija minn ħaddiema li kienu qed isewwu l-kastell.[bżonn referenza]

Fl-1347 u l-1348 il-Gran Mastru wera l-qlubija tiegħu meta l-Ordni daħlet għall-għajnuna tar-Re Kostantinu V ta' l-Armenja, mhedded mill-armata tas-Sultan ta' l-Eġittu.

Lapida fuq il-qabar ta’ Dieudonné de Gozon, Rodi. Musée de Cluny
Predeċessur
Hélion de Villeneuve
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann
1346–1353

Suċċessur
Pierre de Corneillan