Coccinella
| Coccinella | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Arthropoda |
| Sottodiviżjoni: | *Coccinella californica |
| Klassi: | Insecta |
| Ordni: | Coleoptera |
| Familja: | Coccinellidae |
| Ġeneru: | Coccinella Linnaeus, 1758 |
Il-ġeneru Coccinella huwa wieħed mill-iktar ġeneri familjari tan-nannakoli. Tipikament, il-membri ta' dan il-ġeneru ikollhom ġwienaħ protettivi (elitra) ta' lewn aħmar jew oranġjo mżewqin b'tikkek jew faxxex ta' lewn iswed. Dan il-ġeneru għandu membri imferrxin l-iktar fl-emisfera ta' fuq tad-dinja.
L-isem ta' dan il-ġeneru jiġi mill-kelma Latina coccineus, li tirreferi għall-kulur aħmar.
L-adulti u l-larva huma predaturi insettivori u jieklu varjetà ta' insetti żgħar. Fost dawn l-insetti insibu il-mell/l-afidi (aphids) u il-miskta (scale insects), li huma parassiti ta' prodotti agrikoli. Ċerti speċi ta' dan il ġeneru (eż. Coccinella septempunctata) jintużaw bħala kontroll bijoloġiku u jiġu mferrxa fl-għelieqi biex jikkontrollaw il-popolazzjoni ta' insetti parassiti.
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]- Speċi ta' Coccinella mill-Istati Uniti
- Coccinella septempuntata, speċi komuni fil-kampanja Maltija
- Speċi ta' Coccinella tistrieħ fuq pjanta