Charlotte Brontë

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Charlotte Brontë (/ˈʃɑːrlət ˈbrɒnti/iżjed/iktar komuni /-teɪ/; 21 ta’ April 1816 – 31 Marzu 1855) kienet rumanziera u poeta Ingliża u kienet l-ikbar fost tliet aħwa bniet ta’ Brontë. Ir-rumanzi tagħha saru klassiċi fil-letteratura Ingliża. Hija magħrufa l-aktar għar-rumanz tagħha Jane Eyre, li ppubblikatu taħt psewdonimu mhux binarju, Currer Bell. Meta l-ktieb Jane Eyre ġie ppubblikat, kien ta’ suċċess u tqies ta’ livell għoli għall-ġeneru tal-fizjoni gotika fil-letteratura.

Meta kellha 14-il sena f’Jannar tal-1831, irreġistrat fl-iskola Roe Hold f’Mirfield. Is-sena ta’ wara telqet sabiex tgħallem lil ħutha, Emily u Anne, mid-dar u mbagħad irritornat fl-1835 bħala tuttriċi. Fl-1839, saret tuttriċi għall-familja Sidgwick, imma telqet wara ftit xhur sabiex tirritorna Haworth, fejn l-aħwa fetħu skola imma ma rnexxilhomx jattiraw studenti.  Minflok, bdew jiktbu u t-tlieta li huma ppublikaw xogħolhom għall-ewwel darba fl-1846 bil-psewdonimi Currer, Ellis u Acton Bell. Għalkemm l-ewwel rumanz tagħha, The Professor, ma ġiex aċċettat mill-pubblikaturi, it-tieni rumanz tagħha, Jane Eyre, ġie ppubblikat fl-1847. L-aħwa ammettew li kienu qed jużaw il-psewdonimi ta’ Bell fl-1848, u sas-sena ta’ wara kienu rispettati fiċ-ċrieki letterarji ta’ Londra.

Charlotte Brontë mietet l-aħħar minn ħutha. Hi nqabdet tqila ftit wara t-tieġ tagħha f’Ġunju ta’ 1854 imma mietet fil-31 ta’ Marzu 1855, aktarx minn hyperemesis gravidarum, kumplikazzjoni fit-tqala li tikkawża ħafna dardir u remettar.