Caroline Mikkelsen

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Caroline Mikkelsen
Ħajja
Twelid 20 Novembru 1906
Nazzjonalità Danimarka
Norveġja
Mewt 15 Settembru 1998
Familja
Konjuga/i Klarius Mikkelsen
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni esploratur

Caroline Mikkelsen (twieldet fl-20 ta' Novembru 1906[1] – mietet fil-15 ta' Settembru 1998[2]; iktar 'il quddiem ħadet il-kunjom Mandel wara li żżewġet) kienet esploratriċi Daniża-Norveġiża li fl-20 ta' Frar 1935 kienet l-ewwel mara li rifset fuq l-Antartika[3], għalkemm mhux ċert jekk rifsitx fuq l-art kontinentali jew fuq gżira.

Esplorazzjoni tal-Antartiku[immodifika | immodifika s-sors]

Caroline Mikkelsen twieldet fl-1906 fid-Danimarka, u iktar 'il quddiem iżżewġet l-ewwel raġel tagħha, il-Kaptan Norveġiż Klarius Mikkelsen u marret tgħix in-Norveġja. Fix-xitwa tal-1934-1935, Mikkelsen ġiet akkumpanjata mir-raġel Norveġiż tagħha Klarius fuq spedizzjoni fl-Antartika sponsorjata minn Lars Christensen, fuq il-bastiment ta' riforniment M/S Thorshavn b'istruzzjonijiet biex ifittxu għal artijiet Antartiċi li setgħu jiġu annessi man-Norveġja.[4][5] Il-Muntanja Caroline Mikkelsen ingħatat isimha u kunjomha.[6]

Il-Muntanja Caroline Mikkelsen

Fl-20 ta' Frar 1935, l-ispedizzjoni niżlet l-art xi mkien fuq il-blata kontinentali tal-Antartika.[7] Mikkelsen żbarkat mill-vapur u pparteċipat fl-olzar tal-bandiera Norveġiża u fil-bini ta' girna jew borġ ġebel ta' mafkar.[8] Mikkelsen qatt ma għamlet xi dikjarazzjonijiet irreġistrati li żbarkat fuq l-art kontinentali, iżda inizjalment kien maħsub li żbarkat fuq l-Għoljiet ta' Vestfold mhux wisq 'il bogħod mill-Istazzjon ta' Davis attwali. Hi ma tkellmitx pubblikament dwar il-vjaġġ tagħha fl-Antartika sa sittin sena wara l-iżbark tagħha, fl-1995, meta tkellmet dwar il-vjaġġ tagħha fil-gazzetta Norveġiża Aftenposten, wara li ġiet ikkuntattjata mill-Mexxejja tal-Istazzjon ta' Davis, Diana Patterson.[9][10]

Fl-1941 ir-raġel tagħha Klarius miet u fl-1944 iżżewġet lil Johan Mandel minn Tønsberg. Mikkelsen-Mandel mietet fl-1998.[9][10]

Fl-1998 u fl-2002, riċerkaturi Awstraljani ppubblikaw artikli storiċi fil-Polar Record u kkonkludew li l-grupp li kien żbarka mit-Thorshavn — jiġifieri anke Mikkelsen — kien żbarka fuq il-Gżejjer Tryne fejn għad hemm markatur fil-girna ta' Mikkelsen sa llum.[11][12][13][14] Is-sit tal-iżbark jinsab bejn wieħed u ieħor xi ħames kilometri mill-art kontinentali tal-Antartika. Ma ġie skopert l-ebda sit ieħor ta' żbark fuq l-art kontinentali li seta' żbarka fuqu l-grupp ta' Mikkelsen, minkejja snin sħaħ ta' tfittxija mill-ħaddiema tal-Istazzjon ta' Davis.[15]

B'hekk, Mikkelsen titqies bħala l-ewwel mara li rifset fuq gżira tal-Antartika, u Ingrid Christensen titqies bħala l-ewwel mara li rifset fuq l-art kontinentali tal-Antartika.

References[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Dødsfall i Norge 1995-april 2001 (1947-2001)". web.archive.org. 2017-03-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-03-28. Miġbur 2022-02-20.
  2. ^ "Caroline Mandel - Reported deaths in Norway (1947) 1995-April 2001 - The Digital Archive". www.digitalarkivet.no (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-20.
  3. ^ "Women in Antarctica: Sharing this Life-Changing Experience" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-01-16. Miġbur 2022-02-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "The Antarctic Sun: News about Antarctica - Famous Firsts". antarcticsun.usap.gov. Miġbur 2022-02-20.
  5. ^ Blackadder, Jesse. "Frozen voices: Women, silence and Antarctica" (PDF).
  6. ^ "Gazetteer - AADC". data.aad.gov.au. Miġbur 2022-02-20.
  7. ^ Dean, Cornelia (1998-11-10). "After a Struggle, Women Win A Place 'on the Ice'; In Labs and in the Field, a New Outlook" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-20.
  8. ^ "ANNEX B MEASURES Measure I (1996) Revised Description and Management Plan for Sites of Special Scientific Interest (SSSI)". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-04-08. Miġbur 2022-02-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ a b "Nachrichten aus Deutschland und der Welt | Frankfurter Rundschau". www.fr.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-20.
  10. ^ a b Online, FOCUS. "Die erste Frau in der Antarktis - 80. Jubiläum". FOCUS Online (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-20.
  11. ^ "ATS - Area Protection and Management / Monuments". web.archive.org. 2019-02-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-02-07. Miġbur 2022-02-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^ "List of Historic Sites and Monuments approved by the ATCM (2012)" (PDF).
  13. ^ Norman, F. I.; Gibson, J. a. E.; Burgess, J. S. "Klarius Mikkelsen's 1935 landing in the Vestfold Hills, East Antarctica: some fiction and some facts". Polar Record (bl-Ingliż). 34 (191): 293–304.
  14. ^ Norman, F. I.; Gibson, J. a. E.; Jones, R. T.; Burgess, J. S. "Klarius Mikkelsen's landing site: some further notes on the 1935 Norwegian visit to the Vestfold Hills, East Antarctica". Polar Record (bl-Ingliż). 38 (207): 323–328.
  15. ^ Crary, M (1978). "It's about time!". Newsletter of the Antarctican Society (3–7).