Brook Taylor

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Brook Taylor
Ħajja
Twelid Edmonton (en) Translate, 18 Awwissu 1685
Nazzjonalità Ingilterra
Mewt Londra, 30 Novembru 1731 (Julian)
Familja
Missier John Taylor
Omm Olivia Tempest
Konjuga/i unknown daughter Brydges (en) Translate  (1721 -
Sabetta Sawbridge (en) Translate  (1729 -
Ulied
uri
Edukazzjoni
Alma mater St John's College (en) Translate
Lingwi Ingliż
Għalliema John Machin (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
Impjegaturi St John's College (en) Translate
Xogħlijiet importanti Dr. Brook Taylor's method of perspective made easy (en) Translate
Taylor series (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali

Brook Taylor FRS (twieled fit-18 ta' Awwissu 1685 – miet fid-29 ta' Diċembru 1731) kien matematiku Ingliż magħruf l-iktar għall-ħolqien tat-teorema ta' Taylor u tas-serje ta' Taylor, li huma importanti għall-użu tagħhom fl-analiżi matematika.

Ħajja u xogħol[immodifika | immodifika s-sors]

Brook Taylor twieled f'Edmonton (li qabel kienet Middlesex). Taylor kien iben John Taylor, MP ta' Patrixbourne, Kent[1] u Olivia Tempest, bint Sir Nicholas Tempest, il-Baruni ta' Durham.[2]

Huwa beda jattendi l-Kulleġġ ta' San Ġwann, Cambridge fl-1701 u ggradwa b'LL.B. fl-1709 u b'LL.D. fl-1714. Taylor studja l-matematika taħt John Machin u John Keill, u rnexxielu jsib soluzzjoni għall-problema taċ-"ċentru tal-oxxillazzjoni". Is-soluzzjoni ta' Taylor baqgħet ma ġietx ippubblikata sa Mejju 1714, meta dak li sostna dwar il-prijorità ma ntlaqax minn Johann Bernoulli.[3]

Methodus incrementorum directa et inversa, 1715.

Il-Methodus Incrementorum Directa et Inversa (1715) ("Metodi Diretti u Indiretti ta' Inkrementazzjoni") ta' Taylor żied fergħa ġdida fil-matematika avvanzata, imsejħa l-"kalkolu tad-differenzi finiti". Taylor uża dan l-iżvilupp biex jiddetermina l-forma ta' moviment fil-kordi jivvibraw. Taylor kiteb ukoll l-ewwel investigazzjoni sodisfaċenti tar-refrazzjoni astronomika.[4] L-istess xogħol fih it-teorema magħrufa sew ta' Taylor, li l-importanza tagħha ma ġietx rikonoxxuta qabel l-1772, meta Joseph-Louis Lagrange rrealizza kemm kienet utli u ddeskriviha bħala "l-pedament prinċipali tal-kalkolu tad-differenzi".[5]

Fis-saġġ tal-1715 ta' Taylor Linear Perspective (Perspettiva Lineari), Taylor stabbilixxa l-prinċipji tal-perspettiva f'forma li tinftiehem iktar, iżda x-xogħol kien qasir wisq u xi kultant kien pjuttost imċajpar bħala ħsieb, li kienet problema li affettwat il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet tiegħu bil-miktub. Dan kien ifisser li s-saġġ kien jeħtieġ spjegazzjoni ulterjuri fit-trattati ta' Joshua Kirby (1754) u ta' Daniel Fournier (1761).[6][7]

Taylor ġie elett bħala msieħeb fir-Royal Society fl-1712. Fl-istess sena, Taylor kien parti mill-kumitat li kellu jiġġudika dak li bdew isostnu Sir Isaac Newton u Gottfried Leibniz. Huwa għamilha ta' segretarju tar-Royal Society mit-13 ta' Jannar 1714 sal-21 ta' Ottubru 1718.

Mill-1715 'il quddiem, l-istudji ta' Taylor ħadu direzzjoni filosofika u reliġjuża. Huwa kkorrisponda mal-Comte de Montmort rigward il-prinċipji ta' Nicolas Malebranche. It-trattati mhux kompluti li kiteb malli reġa' lura minn Aix-la-Chapelle fl-1719, On the Jewish Sacrifices u On the Lawfulness of Eating Blood, iktar 'il quddiem instabu fost id-dokumenti tiegħu.

Taylor kien wieħed mill-ftit matematiċi Ingliżi, flimkien ma' Isaac Newton u Roger Cotes, li kien kapaċi jħaqqaqha mal-Bernoullis, iżda nuqqas ta' ċarezza affettwat parti kbira mid-dimostrazzjonijiet tiegħu u Taylor ma rnexxilux jibqa' konċiż fl-ispjegazzjoni tal-ideat tiegħu b'mod eżawrjenti u ċar.

Saħħtu bdiet tmajna fl-1717 wara snin ta' ħidma intensiva.[8]

Taylor iżżewweġ lis-Sinjorina Brydges ta' Wallington, Surrey fl-1721 mingħajr l-approvazzjoni ta' missieru. Iż-żwieġ wassal biex Taylor jiġġieled ma' missieru, iżda l-affarijiet bejniethom tjiebu fl-1723 wara li l-mara ta' Taylor mietet hi u twelled lil ibnu li miet ukoll.

Huwa qatta' s-sentejn ta' wara mal-familja tiegħu f'Bifrons, u fl-1725 iżżewweġ bl-approvazzjoni ta' missieru. Taylor iżżewweġ lil Sabetta Sawbridge ta' Olantigh, Kent, li mietet ukoll hi u twelled fl-1730. Madankollu, l-unika tifla tiegħu, Elizabeth, baqgħet ħajja.[9]

Missier Taylor miet fl-1729 u b'hekk Taylor wiret il-proprjetà ta' Bifrons.

Taylor miet meta kellu 46 sena fid-29 ta' Ottubru 1731 fid-dar tiegħu ta' Somerset, Londra.

Għażla ta' xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Brook Taylor

In-neputi ta' Taylor, Sir William Young, stampa xogħol wara mewt Taylor bit-titlu Contemplatio Philosophica għal ċirkolazzjoni privata fl-1793, (2nd Bart., l-10 ta' Jannar 1815). Ix-xogħol kien jinkludi bijografija, u kellu appendiċi bl-ittri indirizzati lilu minn Bolingbroke, Bossuet, u bosta oħrajn.

Diversi saġġi qosra ta' Taylor ġew ippubblikati f'Phil. Trans., vol. xxvii sa xxxii, li kienu jinkludu r-rakkonti ta' esperimenti fil-manjetiżmu u fl-attrazzjoni kapillari. Fl-1719, Brook ħareġ verżjoni mtejba tax-xogħol tiegħu dwar il-perspettiva, New Principles of Linear Perspective, li ġie revedut minn John Colson fl-1749. Traduzzjoni bil-Franċiż ġiet ippubblikata fl-1757.[10] Ġiet stampata mill-ġdid, b'ritratt u bijografija qasira fl-1811.

  • Taylor, Brook (1715a), Methodus Incrementorum Directa et Inversa, Londra: William Innys.
  • Taylor, Brook (1715b), Linear Perspective: Or, a New Method of Representing Justly All Manner of Objects as They Appear to the Eye in All Situations, Londra: R. Knaplock.

Tribut[immodifika | immodifika s-sors]

Taylor huwa krater ta' impatt li jinsab fuq il-Qamar, li ssemma hekk f'ġieħ Brook Taylor fl-1935.[11]

Iktar qari[immodifika | immodifika s-sors]

  • Andersen, Kirsti (1992). Brook Taylor's Work on Linear Perspective. Springer Science & Business Media. ISBN 978-1-4612-0935-5.
  • Anderson, Marlow; Katz, Victor; Wilson, Robin (2004). Sherlock Holmes in Babylon: And Other Tales of Mathematical History. Mathematical Association of America. p. 309. ISBN 978-0-88385-546-1.
  • Carlyle, Edward Irving (1898). "Taylor, Brook" . In Lee, Sidney (ed.). Dictionary of National Biography. Vol. 55. London: Smith, Elder & Co.
  • Feigenbaum, Lenore (1985). "Brook Taylor and the Method of Increments". Archive for History of Exact Sciences. 34 (1–2): 1–140. doi:10.1007/BF00329903. S2CID 122105736.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "TAYLOR, John (1655-1729), of Bifrons, Patrixbourne, Kent | History of Parliament Online". www.historyofparliamentonline.org. Miġbur 2022-08-18.
  2. ^ Jopling, Joseph; Taylor, Brook (1835). "Memoirs of the Life of the Author". Dr. Brook Taylor's Principles of Linear Perspective. London: M. Taylor. pp. v–xii.
  3. ^ Phil. Trans., vol. xxviii, p. xi.
  4. ^ Taylor, Brook (1715a). Methodus incrementorum directa & inversa. London: Gulielmi Innys. p. 108.
  5. ^ "[L]e principal fondement du calcul différentiel". According to François-Joseph Fétis, (Biographie universelle…, p. PA194, at Google Books, vol. 8, p. 194).
  6. ^ Taylor, Brook. 26. Miġbur 2022-08-18.
  7. ^ Marlow Anderson, Victor J. Katz, Robin J. Wilson; Sherlock Holmes in Babylon: And Other Tales of Mathematical History, p. PA309, at Google Books, p. 309.
  8. ^ "ÖNB-ANNO - The Gentleman's Magazin". anno.onb.ac.at. Miġbur 2022-08-18.
  9. ^ "ÖNB-ANNO - The Gentleman's Magazin". anno.onb.ac.at. Miġbur 2022-08-18.
  10. ^ Nouveaux principes de la perspective linéaire, traduction de deux ouvrages, l'un anglais du Docteur Brook Taylor. L'autre latin, de Monsieur Patrice Murdoch. Avec un essai sur le mélange des couleurs par Newton, p. PP5, at Google Books, 1757.
  11. ^ "Planetary Names". planetarynames.wr.usgs.gov. Miġbur 2022-08-18.