Bitcoin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Bitcoin (simbolu: ฿; kodiċi: BTC jew XBT) hu munita elettronika maħluqa fl-2009 minn persuna jew persuni anonimi magħrufin bil-laqam Satoshi Nakamoto. L-isem Bitcoin jirreferi wkoll għas-software bis-sors miftuħ iddisinjat biex jimplementa l-protokol ta' komunikazzjoni u għax-xibka peer-to-peer li tirriżulta minnu.

Kontra l-parti l-kbira tal-valuti tradizzjonali, il-Bitcoin ma tużax awtorità ċentrali. Tuża bażi ta' dejta mifruxa fost in-nodi tax-xibka li jżommu kont tat-tranżazzjonijiet u tuża l-krittografija biex timplementa l-karatteristiki l-iżjed importanti pereżempju: sid leġitmu biss jista' jonfoq, u ma jistax jonfoq l-istess bitcoins iżjed minn darba.

Il-Bitcoin hi maħsuba biex ikun hemm pussess u trasferiment anonimu tal-muniti. Il-bitcoins jistgħu jiġġemmgħu fuq kompjuter personali taħt forma ta' "portafoll" jew jinżammu minn terzi parti li jagħmluha ta' bank. F'kull każ il-bitcoins jistgħu jiġu trasferiti fuq l-Internet bejn kull min għandu "indirizz tal-bitcoin". Minħabba l-istruttura peer-to-peer tax-xibka tal-bitcoin u nuqqas ta' entità ċentrali l-ebda awtorità, governattiva jew le, ma tista' timmanipula l-valur tal-bitcoin jew iddaħħal l-inflazzjoni.

Ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]

Grafiku tar-rata tal-kambju mad-dollaru American

Il-valur totali tal-ekonomija tal-Bitcoin, ikkalkulat f'Diċembru tal-2012 kien ta' madwar 140 miljun dollaru Amerikan[1], f'April tal-2013 1.4 biljun dollaru[2], f'Novembru tal-2013, bil-kambju 1Bitcoin=540USD, il-valur reġa' tela' għal iżjed minn 6 biljun dollaru[3].

L-ekonomija bbażata fuq il-bitcoin għadha żgħira ħafna, imqabbla mal-ekonomiji li ilhom stabbiliti għal żmien twil, u s-software għadu fi stat ta' verżjoni beta, ma dan kollu hemm xi bejgħ u servizzi reali li diġà jaħdmu bil-bitcoin, pereżempju, karozzi użati jew kuntratti għall-iżvillup tas-software. Il-bitcoins jiġu aċċettati kemm għal servizz fuq-il-linja u kemm għal merkanzija tanġibbli[4].

Diġà hemm xi kumpanniji kbar li jaċċettaw ħlas bil-Bitcoin, pereċempju CheapAir.com, WordPress, Reddit, u OkCupid u wieħed jista' wkoll jixtri minn siti kbar bħal Amazon u eBay permezz ta' xi intermedjarji. Hemm ukoll għadd kbir ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jaċċettaw donazzjonijiet bil-bitcoin; fosthom insibu l-Electronic Frontier Foundation[5], The Pirate Bay[6], is-Singularity Institute[7]u l-Associazione Luca Coscioni[8]. Xi negozjanti, bl-użu ta' siti speċjali ta' skambju, jippermettu il-bdil tal-Bitcoin f'diversi muniti, fosthom id-dollaru Amerikan, l-ewro, ir-rublu Russu u l-jen Ġappuniż [9].

Kulħadd jista' jivverifika l-katina ta' blokki u josserva it-tranżazzjonijiet f'ħin reali. Hemm diversi servizzi disponibbli biex jiffaċilitaw dawn l-operazzjonijiet.[10][11]

Differenzi mal-muniti legali[immodifika | immodifika s-sors]

Proġezzjoni tal-Bitcoins totali maż-żmien

Bil-kontra tal-valuti legali, il-Bitcoin għandha l-karatteristika li ħadd ma jista' jikkontrolla l-valur tagħha minħabba n-natura deċentralizzata ta' kif inħalqet.[12][13]. Fil-każ tal-Bitcoin l-għadd tal-valuta fiċ-ċirkulazzjoni hi limitata minn qabel, għalhekk hi għall kollox prevedibbli u mela magħrufa minn dawk li jinqdew biha minn qabel[14]. L-inflazzjoni tal-valuta fiċ-ċirkulazzjoni għalhekk ma tistax tintuża minn entità ċentrali biex tirridistribwixxi il-ġid bejn l-utenti.

It-trasferimenti huma definiti bħala bdil tal-proprjetà tal-valuta, u jsiru mingħajr il-ħtieġa ta' entità esterna li tagħmilha ta' kontrollatur bejn il-parti. Dan il-mod ta' interskambju jagħmilha impossibbli li xi ħadd jannulla t-tranżazzjoni u hekk jerġa' jieħu lura l-flus li jkunu saru ta' ħadd ieħor. Il-klijent tal-bitcoin jittrażmetti għan-nodi l-iżjed qribu u dawn min-naħa tagħhom jippropagaw il-ħlas max-xibka. Tranżazzjonijiet invalidi jew bil-qerq jiġu imċaħħda min-nodi onesti. It-tranżazzjonijiet huma bażikament b'xejn, iżda hu maħsub li se jkun hemm ħlas ta' kummissjoni meta wieħed ikun irid jiġi l-ewwel fl-ipproċessar tat-tranżazzjoni min-nodi differenti.[14]

L-għadd totali tal-bitcoins jersaq asintotikment għal-limtu ta' 21 miljun. Id-disponibbiltà ta' flus ġodda tikber bħal serje ġeometrika kull 4 snin; fl-2013 kien hemm ġenerat nofs il-flus li jista'jkun u sal-2017 ħa jkun hemm tliet kwarti. Meta noqorbu lejn dik id-data, jekk nassumu li t-talba għall-bitcoin tikber iżjed minn proporzjonalment b'rispett tad-disponibbiltà tagħha, il-bitcoin x'aktarx ikollha deflazzjoni fil-valur (jiġifieri żieda fil-valur reali) bis-saħħa tal-iskarsità tal-munita l-ġdida. Iżda il-bitcoins huma diviżibbli sat-tmiem ċifra deċimali (u mela b'total ta' 2.1 x 1015 unità), u hekk jista' jkun hemm aġġustamentm komplet tal-valur f'ambjent deflazzjonistiku.[15]. Skont l-iżviluppaturi, f'ambjent ta' skarsità ta' bitcoins in-nodi minflok jiffinanzjaw ruħhom bil-ħolqien ta' bitcoins ġodda u jaqalgħu mill-ħila tagħhom li jagħmlu t-tranżazzjonijiet u hekk jikkompetu fuq il-prezzijiet u jżommuhom baxxi.[14]

Riżultati[immodifika | immodifika s-sors]

Jipprevedu tliet xenarji fejn il-Bitcoin tista' tfalli: l-iżvalutazzjoni tal-munita, tnaqqis kbir fin-numru ta' utenti, jew attakk frontali fuq is-sistema minn xi gvernijiet. Mhux possibbli li jiġu pprojbiti l-flus diġitali bħall-Bitcoin kollha.[16]>Id-deċentralizzazzjoni u l-anonimità li jagħmlu parti intrinsika mill-Bitcoin nistg]u narawhom bħala reazzjoni kontra l-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-azjendi li jaħdmu fl-ambitu tal-flus elettroniċi bħal e-gold u Liberty Dollar.[17] L-artiklu ta' Danny O'Brien ippubblikat fl-The Irish Times jgħid li "Meta 'l xi ħadd turih il-Bitcoin, jistaqsik 'Imma din legali?'" u 'Dan x'imbroll?' Nimmaġina li hemm avukati u ekonomisti li qegħdin ifittxu li jagħtu risposta għal din il-mistoqsija li mhijiex sempliċi. Nissusspetta li l-lista tan-nies li qegħdin ifittxu tweġiba għal din-domanda dalwaqt inżidu magħha l-leġiżlaturi."[16]

Fi Frar tal-2011, wara li ssemmiet fuq Slashdot u l-effett Slashdot li kkawża dan kien riperkussjonijiet fuq il-valur tal-Bitcoin u fuq il-funzjonament tajjeb ta' xi siti prinċipali marbution magħha.[18][19]

Teknoloġija[immodifika | immodifika s-sors]

Programm tal-Bitcoin jaħdem fuq Windows 7

IlBitcoin hi implementazzjoni peer-to-peer tal-b-money proposta minn Wei Dai u minn Bitgold proposta minn Nick Szabo. Il-prinċipji tas-sistema huma deskritti fid-dokument ta' Satoshi Nakamoto, ippubblikat fl-2008.[14]

Panoramika[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Bitcoin hi bbażata fuq it-trasferiment tal-flus bejn kontijiet pubbliċi permezz tal-krittografija asimmetrika (b'ċavetta pubblika). It-tranżazzjonijiet huma kollha pubbliċi u jiġu memorizzati f'bażi tad-dejta mifruxa li tintuża biex tikkomfermahom u biex tiżgura li wieħed jonfoq l-istess flus darbtejn.

L-indirizzi[immodifika | immodifika s-sors]

Kull persuna li tieħu sehem fix-xibka tal-Bitcoin ikollha portafoll li jkun fih numru arbitrarju ta' pari ta' ċwievet krittografiċi. Iċ-ċwievet pubbliċi, jew "indirizzi tal-bitcoin", iservu ta' punti tal-ħruġ u dħul għall-pagamenti kollha. Iċ-ċavetta privata li tikkorispondi magħhom tawtorizza l-pagament għal ċertu utent biss. L-indirizzi ma fihomx informazzjoni dwar il-proprjetarji tagħhom u huma min-natura tagħhom anonimi.[15] L-indirizzi huma sensiela każwali ta' numri u ittri b'tul medju ta' 33 karattru, li dejjem tibda bin-numru 1, bil-forma 175tWpb8K1S7NmH4Zx6rewF9WQrcZv245W. L-utenti jistgħu jkollhom numru arbitrarju ta' indirizzi tal-Bitcoin, u infatti wieħed jista' jiġġenera kemm irid billi l-ġenerazzjoni tagħhom ma tqumx ħafna żmen tal-kalkolu (ekwivalenti għall-ġenerazzjoni ta' par ċwievet pubblika/privata) u ma teħtieġ l-ebda kuntatt ma' nodi oħra tax-xibka. Il-ħolqien ta' par ċwievet ġdid għal kull tranżazzjoni jgħin biex jinżamm l-anonimat.

It-tranżazzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Il-bitcoins għandhom magħhom iċ-ċavetta pubblika ta' sidhom (jiġifieri l-indirizz). Meta utent A jrid jittrasferixxi l-flus lill-utent B jagħtihom iċ-ċavetta pubblika ta' B (l-indirizz tiegħu) u jiffirmahom biċ-ċavetta privata tiegħu.[20] Imbagħad jittrażmetti dawn il-flus max-xibka peer-to-peer f'messaġġ apposta, it-"tranżazzjoni". Il-bqija tan-nodi jivvalidaw il-firem krittografiċi u l-ammont tal-flus qabel jaċċettawhom.

Il-katina ta' blokki u konfermi[immodifika | immodifika s-sors]

Il-katina prinċipali (bl-iswed) tikkonsisti fl-itwal sensiela ta' blokki mill-ewwel (bl-aħdar) sal-blokka kurrenti. Il-blokki orfni (bil-vjola) jeżistu barra mill-katina prinċipali.

Biex ma jkunx hemm il-possibbiltà li l-istess flus jintefqu iżjed minn darba, ix-xibka timplementa dik li Satoshi Nakamoto jiddeskrivi bħala "server ta' markatura orarja peer-to-peer",[21], li jassenja identifikaturi sekwenzjali lil kull waħda mit-tranżazzjonijiet li imbagħad jissaħħu kontra attentati ta' bdil bl-użu tal-idea ta' katina ta' xhieda ta' xogħol (li jidhru fil-Bitcoin bħala "konfermi").

Kull darba li ssir tranżazzjoni, din tibda billi tidher bħala "mhux konfermata". Dan l-iststus jirrifletti l-probabbiltà li tista' titreġġa' lura b'suċċess fil-każ ta' attentat apposta. Kull tranżazzjoni mxandra lin-nodes l-oħra ma ssirx "konfermata" sakemm ma tiġix verifikata f'lista ta' markatura orarja, immaneġġatat kollettivament tat-tranżazzjonijiet magħrufa kollha, il-"katina tal-blokki".

B'mod partikolari, kull nodu "ġeneratur" jiġbor it-trażazzjonijiet mhux konfermati kollha li jaf bihom ġo fajl magħruf bħala "blokk",[22] li jirreferi għat-tranżazzjonijiet riċenti kollha kif ukoll għall-aħħar blokk validu li jaf bih dak in-nodu. Imbagħad jipprova joħloq hash krittografiku ta' dak il-blokk b'ċerti karatteristiki, sforz li jeħtieġ fil-medja numru definibbli ta' provi. Meta nodu jsib soluzzjoni, iħabbarha lill-bqija tan-nodi. Il-peers li jirċievu il-blokk ġdid riżolt, jivvalidawh qabel ma jaċċettawh u jżiduh mal-katina.

Meta tranżazzjoni tiġi ammessa għall-ewwel darba fi blokk, tirċievi konferma. Kull darba li mill-blokk jinħolqu blokki ulied oħra marbutin miegħu, jirċievi konferma oħra għal kull blokk. Meta l-blokk li fih it-tranżazzzjoni jkollu sitt konfermi, jiġiefi jkunu nħolqu sitt blokki marbutin miegħu, il-client Bitcoin jibdel l-istat tat-tranżazzjoni minn "mhux konfermata" għal "konfermata". Il-motivazzjoni għal din il-proċedura hi li ma' kull konferma tat-tranżazzjoni, jiġifieri ma kull blokk ġdid li jinħalaq barra l-blokk bit-tranżazzjoni stess, ftit ftit isir iżjed diffiċli u jqum iżjed biex wieħed ixxejjen it-tranżazzjoni. Attakkant ipotetiku, biex jannulla tranżazzjoni b'ċertu numru ta' konfermi, ikollu jiġġenera katina parallela mingħajr it-tranżazzjoni li jrid ixejjen u magħmula min-numru ta' blokki daqs jew ogħla mill-konfermi rċevuti mit-tranżazzjoni.

Fl-aħħar, il-katina tal-blokki jkun fiha l-istorja tal-movimenti kollha tal-bitcoins kollha ġenerati mill-indirizz ta' min ħalaqhom sal-indirizz tal-propjetarju attwali.[23] Allura, jekk xi utent jipprova jerġa' juża muniti li diġà intużaw, ix-xibka tirrifjuta t-tranżazzjoni.

L-istorja kollha tat-tranżazzjonijiet trid tinħażen ġewwa il-bażi tad-dejta tal-katina tal-blokki, li tikber kontinwament iżjed ma jiżdiedu r-records li qatt ma jitħassru. Is-sistema hi mfassla b'ċertu mod li xi utenti jeħtieġu il-bazi tad-dejta sħiħ biex jużaw il-Bitcoin - xi utenti jkollhom bżonn biss il-parti mill-bażi tad-dejta li għandha x'taqsam mal-muniti li għandhom jew jista' jkollom fil-ġejjieni. Bħalissa il-bażi għadha żgħira (less than 200 MB as of April 2011) u l-utenti kollha tas-software tal-Bitcoin jirċievu l-bażi sħiħa fuq ix-xibka peer-to-peer malli jħaddmu s-software għall-ewwel darba.

Nakamoto fassal is-sistema b'mod li, minkejja li l-bażi tad-dejta tikber maż-żmien, ikun possibbli li jkollu verżjoni ridotta li tħares fid-dettal lejn xi ftit tranżazzjoniet biss, imma li tibqa' kompletament verifikabbli b'mod indipendenti. Pereżempju, għal utent privat jista' jkun interessanti li jkollu il-katina tal-blokki bit-tranżazzjonijiet li għandu x'jaqsam magħhom biss. Jew inkella jkun jixtieq inaddaf mill-bażi it-tranżazzjonijiet kollha li r-riżultati tagħhom jkunu diġà intużaw f'tranżazzjonijiet oħra, u hekk inaqqas ħafna id-daqs tal-bażi.

Il-ġenerazzjoni tal-Bitcoin[immodifika | immodifika s-sors]

Ix-xibka tal-Bitcoin toħloq u tqassam b'mod kompletament każwali ċertu ammont ta' flus xi sitt darbiet fis-siegħa, lil dawk li jħallu miftuħa l-għażla "iġġenera l-Bitcoin" fil-client tagħhom. L-attività tal-ġenerazzjoni tal-Bitcoin spiss tissejjaħ "mining", terminu analogu għal gold mining (estrazzjoni tad-deheb).[14]

Il-probabbiltà li ġertu utent jirċievi l-flus jiddependi mal-qawwa komputazzjonali li jżid lix-xibka, mqabbla mal-qawwa komputazzjonali tax-xibka sħiħa.[24] Fil-bidu il-client uffiċjali kien jippermetti l-estrazzjoni tal-Bitcoin, billi wieħed jisfrutta s-CPU biex jaħdem il-kalkoli; meta żdiedet il-qawwa totali tal-kalkolu, din il-possibbiltaà ma baqgħetx meħtieġa, u anki mhux ekonomika, u tneħħiet. Illum jeżistu programmi li fil-bidu kienu jifruttaw il-qawwa tal-GPU (Graphics Processing Unit) biex jaħdmu l-kalkoli, u issa iżjed u iżjed jiddependu saru jiddependu minn sistemi dedikati (Field Programmable Gate Array, FPGA, u Application specific integrated circuit, ASIC).

In-numru ta' bitcoins maħluqin għal kull blokk fil-bidu kien 50; dan in-numru hu pprogrammat biex jonqos maż-żmien, isir nofs madwar kull 4 snin, sa kemm jasal sa żero, b'mod li qatt ma jkunu nħalqu iżjed minn 21 bitcoin b'kollox.[15] Mill-28 ta' Novembru 2012, il-ħlas niżel għal 25 BTC kull blokk[25], u hekksar għaal-4 snin ta' wara. Iżjed mal-ħlas jonqos maż-żmien, l-utenti jsiru iżjed motivati li jikkontribwixxi bil-ħila tagħhom għall-kalkoli tan-nodi li jiġġenerw blokki u jaqilgħu mill-flus tat-tranżazzjoni.

In-nodi kollha tax-xibka jikkompetu biex ikunu l-ewwel li jsibu soluzzjoni g]all-problema krittografika li tirrigwarda blokk kandidat, problema li teħtieġ numru kbir ta' tentattivi. Meta nodu jsib soluzzjoni valida, iħabbarha lil bqija tax-xibka u jitlob il-proprjetà ta' blokk ġdid ta' bitcoins. Il-peeers li jirċievu s-soluzzjoni tal-blokk ġdid jivverifikawha qabel ma jaċċettawha u mbagħad iżiduha mal-katina. In-nodi jistgħu jużaw is-CPU tal-client jew jipprofittaw mis-CPU tagħhom permezz ta' software iżjed sofistikat.[15][26][27] L-utenti jistgħu ukoll jiġġeneraw bitcoin b'mod kollettiv billi jissieħbu f' mining pool.[28]

Mill-punto di vista operattiv, il-mining mhux ħlief operazzjoni li tikkonsisti fis-sejba ta' soluzzjoni ta' problema matematika: identifika numru li l-hash SHA-256 [29] tal-blokk hu inqas minn livell mogħti (diffikultà varjabbli). Infatti biex blokk jiġi ġġenertat kull 10 minuti, kull nodu b'mod individwali jimmodifika d-diffikultà tal-problema li jipprova jssolvi kull ġimgħatejn, skont il-kapaċità komputazzjonali tax-xibka peer-to-peer.

Spejjeż tat-tranżazzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Billi n-nodi mhumiex obbligati li jinkludu t-tranżazzjoniet fil-blokki li jiġġeneraw, min jibgħat bitcoin jista' jħallas minn jeddu taxxa ta' trasferiment. Meta jagħmel hekk il-veloċità tat-trasferiment tiżdied u toffri inċentiv lill-utenti biex iżommu n-nodi attivi, speċjalment meta d-diffikultà fil-ġenerazzjoni tan-nodi tiżdied jew il-kwantità fil-premju għal kull blokk jonqos maż-żmien. In-nodi jiġbru t-taxxi tat-tranżazzjoni assoċjati mat-tranżazzjonijiet kollha preċenti fil-blokk dedikat tagħhom.[15]

Il-Bitcoin fuq il-media[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Bitcoin isemmiet fuq siti mferrxin fil-wisa' bħal Slashdot[30] u r-rubrika teknika ta' Time.[31]

L-aħbar li il-kolossu tal-bloggs Automattic adotta, mill-15 ta' Novembru 2012, il-Bitcoin bħala metodu ta' ħlas biex jevita l-imblokk għal iżjed minn 60 pajjiż adottat minn PayPal u mill-karti tal-kreditu, kellha ħafna prominenza fuq il-media internazzjonali[32].

Fit-Tribeca Film Festival ta' New York fit-23 ta' April 2014 inwera għall-ewwel darba il-film dokumentarju The Rise and Rise of Bitcoin, kronaka tal-Bitcoin mit-twelid tagħha sal-esplużżjoni fil-kobor tagħha fl-2013.[33]

Xi kandidati politiċi fl-Istati Uniti, fosthom il-kandidat Kongressjonali Demokratiku għal New York City, Jeff Kurzon qalu li jaċċettaw donazzjonijiet għall-kampanja tagħhom bil-Bitcoin.[34]

Implementazzjonijiet alternattivi[immodifika | immodifika s-sors]

Minħabba l-karatteristiki miftuħin tal-protokol u tas-software oriġinali miktub mill-kreatur tas-sistema Bitcoin, maż-żmien inħolqu programmi u libreriji li jimplementaw il-protokol tal-Bitcoin b'mod indipendenti. Dawn l-implementazzjonijiet sikwit ikunu maħsubin biex jissemplifikaw l-użu tal-Bitcoin, pereżempju biex tħalli 'l-utent li jirċievi tranżazzjonijiet mingħajr ma jkollu jħott il-katina sħiħa tal-blokki, jew iħottha f'verżjoni ridotta. Xi tipi ta' software oħra qegħdin biex jaqbdu mal-client oriġinali biex jestendulhu l-funzonijiet jew jagħmluh iżjed faċli għall-użu. ħginale per estenderne le funzioni o per agevolarne l'uso. Oħrajn huma maħsuba biex jintużaw fuq sistemi li fuqhom il-client oriġinali ma jistax jiġi eżegwit.

Din hi lista ta' tipi ta' software li jimplementaw f'varji forom il-protokol tal-Bitcoin:

  • Armory: Dan il-programm jaqbad mal-klient oriġinali u jestendilhu l-funzjonalità, u hekk jiggarantixxi livell ogħla ta' kontroll fuq it-tranżazzjonijiet.
  • MultiBit: Dan client jniżżel verżjoni ridotta tal-katina tal-blokki, li tnaqqas ħafna iż-żminijiet ta' sinkronizzazzjoni u l-ispazju ta' arkivjazzjoni tal-client oriġinali b'kompromess minimu fil-livell ta' sikurezza.
  • Bitcoin Wallet: Bħala prinċipju simili għal MultiBit, imma miktub għall-ismartphones li għandhom is-sistema operattiva Android u BlackBerry.
  • Electrum: Din tirreferi għal par programmi bbażat fuq approċċ client/server. L-utenti jużaw programm tal-client li bih meta jaqbdu ma' server f'eżekuzzjoni fuq magna differenti jkunu jistgħu jaraw it-tranżazzjonijiet tagħhom u joħolqu oħrajn ġodda. B'differenza mill-approċċi l-oħra, din is-sistema teħtieġ li min jesegwixxi l-client ikollu ċertu livell ta' fiduċja fis-server li jqabbad miegħu.
  • BitCoinJ: Dan implementazzjoni bil-lingwaġġ Java żviluppat minn Mike Hearn, inġinier ma' Google.[35]
  • bitcoin-js-remote, hu interfaċċja għall-uttenti permezz tal-web żviluppata bil-JavaScript għad-daemon uffiċjali tal-Bitcoin.[36]
  • libbitcoin: komunità, librerija u għodda b'sors miftuħ għall-iżvilupp ħieles tal-Bitcoin

Noti u referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Statistika fuq Blockchain.info
  2. ^ Bloomberg, Bitcoin Really Is an Existential Threat to the Modern Liberal State
  3. ^ Live Bitcoin market capitalization by Bitstamp
  4. ^ Bitcoin Trade
  5. ^ Pagina delle donazioni per EFF
  6. ^ The Pirate Bay Now Accepts Bitcoin Donations da TorrentFreak
  7. ^ "SIAI donation page". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-03-17. Miġbur 2013-11-23.
  8. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-03. Miġbur 2013-11-23.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  9. ^ Bitcoin Charts
  10. ^ bitcoinwatch.com
  11. ^ bitcoinmonitor.com
  12. ^ "Bitcoin FAQ Italiano". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-10. Miġbur 2013-11-23.
  13. ^ Bitcoin FAQ
  14. ^ a b ċ d e Nakamoto Satoshi, Bitcoin: A Peer-to-Peer Electronic Cash System [1]
  15. ^ a b ċ d e =Nathan Willis, Bitcoin: Virtual money created by CPU cycles [2]
  16. ^ a b Danny O'Brien, Imagine your computer as a wallet full of Bitcoins, The Irish Times [3]
  17. ^ [4] Observations on the Digital Currency Industry Herpel, Mark, 2010
  18. ^ Online-Only Currency Bitcoin Reaches Dollar Parity via Slashdot.
  19. ^ Bitcoin Charts
  20. ^ Transactions - Bitcoin
  21. ^ Fil-white paper tiegħu, Nakamoto kiteb: ".... nipproponu soluzzjoni għall-problema tal-infiq dobbju premezz ta' server ta' markatura orarja peer-to-peer biex tiġi ġġenerata prova komputazzjonali tal-kronoloġika ta-tranżazzjonijiet".
  22. ^ [5] Bitcoin Wiki: Block Hashing Algorithm
  23. ^ Bitcoin Block Explorer
  24. ^ The FED’s Real Monetary Problem, Thomas Luongo, [6]
  25. ^ [7]
  26. ^ DiabloMiner, OpenCL miner for BitCoin
  27. ^ poclbm, Python OpenCL bitcoin miner
  28. ^ Bitcoin Pooled Mining
  29. ^ Secure Hash Algorithm
  30. ^ Online-only currency reached Dollar parity
  31. ^ Online Cash Bitcoin Could Challenge Governments, Banks
  32. ^ Kanal teknoloġiku ta' Le Monde
  33. ^ [8]
  34. ^ [9]
  35. ^ Google Engineer Releases Open Source Bitcoin Client
  36. ^ bitcoin-js-remote

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]