Biża'

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-espressjoni tal-biża' fil-wiċċ tifla.

Fl-ambitu psikoloġiku, il-biża' huwa emozzjoni kkaratterizzata minn sensazzjoni spjaċevoli intensa kkawżata mill-perċezzjoni ta' periklu, reali jew immaġinarju, preżenti, futur jew saħansitra passat. Hija emozzjoni primarja li tirriżulta minn averżjoni naturali għal riskju jew theddida, u timmanifesta ruħha fl-annimali kollha, inklużi l-bnedmin. L-espressjoni massima tal-biża' hija t-terrur. Biża hija wkoll relatata mal-ansjetà.

Biża' irrazzjonali ta' xi ħaġa speċifika tissejaħ fobija.