Aqbeż għall-kontentut

Australopithecus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Australopithecus
Klassifikazzjoni xjentifika
KlassiMammalia
Ordniprimate (en) Primates
FamiljaHominidae
SottofamiljaAustralopithecinae
ġeneru Australopithecus
Dart, 1925
Distribuzzjoni ġeografika
Informazzjoni ġenerali
Għoli 1.4 m


Il-ġeneru Australopithecus (australis mill-Latin li tfisser 'tan-nofsinhar' u Pithekos mill-Griek li tfisser 'jixbaħ lix-xadini') huwa grupp estint ta' kreaturi li l-bniedem iddixxenda minnhom.

Dawn il-kreaturi kellhom fil-fatt xi karatteristiċi li jixbhu lil tal-bniedem u familji oħrajn bħax-xadini. L-Australopithecus kien jgħix fil-lvant u fit-tramuntana ta' l-Ewropa minn 3 sa 3.9 miljun sena ilu. L-eqdem evidenza li wieħed jista' jsib li juri li dawn il-kreaturi kienu jimxu fuq żewġ saqajn tinsab f'Laetoli fit-Tanżanija. Hawnhekk instabu impronti tas-saqajn. Dawn l-impronti tas-saqajn, li ġie kkalkulat li saru madwar 3.7 miljun sena ilu, jixbħu ferm lil tal-bniedem tal-lum. Sa ftit ilu dawn l-impronti kien jingħad li ġew magħmula mill-ispeċi ta' l-Australopithecus, madanakollu dan l-aħħar xi xejntisti qed isostnu li dawn saru minn xi speċi oħra tal-ġeneru Homo li għada trid tinstab.

Australopithecus anamensis, Australopithecus afarensis, u Australopithecus africanus huma kollha speċi tal-ġeneru Australopithecus li huma famużi għal xi skoperti li nstabu fuqhom. Australopithecus africanus hu meqjus bħala l-ispeċi li minnhom iddixxenda l-Homo erectus. Għalhekk hu maħsub li l-ġeneru Homo erectus evolva mill-Australopithecus africanus qabel, jew inkella it-tnejn li huma evolvew minn ġeneru li għadu ma stabx.

L-imħuħ tal-ġeneru Australopithecus kienu madwar 35% tal-imħuħ tal-bniedem tal-lum. L-ogħli tagħhom kien ta' madwar 1.2 sa 1.4 metri. F'xi varjazzjonijiet tal-ġeneru Australopithecus kien ikun hemm xi dimorfiżmu sesswali. F'dan il-każ ir-raġel kien ikun ikbar sa 50% iktar mill-mara.

Huwa maħsub li dawn il-kreaturi kienu omnivori.