Ateiżmu
Dehra
Dan l-artiklu dwar ir-reliġjon huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ateiżmu hija l-assenza ta' twemmin dwar allat, jew it-twemmin li ma jeżistux allat. Il-prefiss "a-" jfisser "mingħajr", u "teiżmu" jfisser twemmin f'alla jew allat. Differenti mill-agnostiċiżmu, fejn persuna tħossha inċerta dwar jekk jeżistux allat imma xorta tagħżel li temmen jew ma temminx li jeżistu.
Jeżistu żewġ forom prinċipali ta' ateiżmu:
- ateiżmu agnostiku huwa n-nuqqas ta' twemmin fl-allat, mingħajr twemmin espliċitu li l-allat ma jeżistux. Bniedem jista' jieħu l-pożizzjoni li, peress li m'hemm ebda provi, wieħed ma jistax ikun ċert jekk jeżistux allat jew le.
- ateiżmu gnostiku huwa t-twemmin li ma jeżistux allat.
L-ateiżmu sikwit huwa assoċjat ma' l-umaniżmu sekulari. Għalkemm l-atei ġeneralment ma jemmnux anqas f'anġli, xjaten, irwieħ jew ħajja wara l-mewt, dan mhux neċessarjament il-każ. Fil-fatt, jeżistu reliġjonijiet, fosthom il-Buddiżmu u t-Taoiżmu, li m'għandhomx il-kunċett ta' "alla" kif jiftiehem fil-Punent, u għalhekk jistgħu ikunu atei filwaqt li jemmnu f'kunċetti oħra "sopranaturali".