Aqbeż għall-kontentut

Arthur Vella

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Arthur Vella
rettur

7 April 1985 - 30 Settembru 1989
Ħajja
Twelid Żejtun, 27 Settembru 1930
Mewt 20 Mejju 2018
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni regular cleric (en) Translate

Patri Arthur Vella (Żejtun, 27 ta’ Settembru, 1930 - 20 ta' Mejju 2018) kien Ġiżwita Malti.[1]

Huwa kien il-kbir fost erbat aħwa.

Skopra l-vokazzjoni saċerdotali tiegħu waqt irtir fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara u wara daħal is-Seminarju fejn, bħala parti mit-taħriġ tiegħu studja l-filosofija, il-matematika u l-ekonomija fl-Università ta’ Malta.

Iżda matul il-mixja vokazzjonali ntebaħ li kien imsejjaħ għal Ġiżwita. Ingħaqad mas-Soċjetà ta’ Ġesù fl-1952. Kien ordnat saċerdot fl-1960 u ħa l-voti solenni fl-1966.

Huwa serva lill-Ordni tal-Ġiżwiti u lill-Knisja f’Malta u barra minn Malta. Fost ħafna affarijiet oħra serva bħala provinċjal tal-Ġiżwiti f’Malta, bħala Rettur tal-“Ġesù”, il-Kulleġġ Internazzjonali tal-Ġiżwiti f’Ruma, u bħala Direttur tas-Segretarjat tal-Ispiritwalità Injazjana fil-Kurja tal-Ġiżwiti f’Ruma u anke għamel żmien jaħdem fiċ-Ċilì.

Fl-1971, Papa Pawlu VI għażlu biex taħt it-tmexxija tal-Arċisqof Lemieux ikun membru tal-Kumitat Straordinarju responsabbli mir-riforma tal-amministrazzjoni tal-propjetà tal-Knisja f’Malta.

Għamel żmien twil jgħallem fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u snin oħra bħala direttur spiritwali fis-Seminarju f’Malta. Kien ukoll rettur tas-Seminarju f’Għawdex.

  1. ^ "Imut Patri Arthur Vella – jibqa' mfakkar għall-pariri tiegħu" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-01-05.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]