Aqbeż għall-kontentut

Alenush Terian

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Alenush Terian
Ħajja
Twelid Tehran, 9 Novembru 1920
Nazzjonalità Iran
Residenza Tehran
L-ewwel lingwa Lingwa Persjana
Mewt Tehran, 4 Marzu 2011
Post tad-dfin Ċimiterju ta' Dulab
Familja
Missier Arto Terian
Omm Varto Terian
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Pariġi
Università ta' Tehran
Livell tal-edukazzjoni Dottorat fix-Xjenza
Lingwi Lingwa Persjana
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni fiżiku
astronomu
Impjegaturi Università ta' Tehran

Ālenush Teriān (bl-Armen: Ալենուշ Տէրեան; bil-Persjan: آلنوش طریان; jew آلنوش تریان; twieldet fid-9 ta' Novembru 1920 – miet fl-4 ta' Marzu 2011) kienet astronomu u fiżiku Iranjana-Armena u ġiet imsejħa "Omm l-Astronomija Iranjana Moderna".[1]

Ħajja bikrija

[immodifika | immodifika s-sors]

Ālenush Teriān twieldet f'familja Armena f'Tehran, l-Iran. Missierha, Arto, kien direttur teatrali, poeta u traduttur (bil-psewdonimu ta' Arizad li tfisser Imwieled minn Aryan) li ttraduċa x-Shahnameh, mill-Persjan għall-Armen.[2][3] Ommha, Vartu, kienet attriċi u direttur teatrali.[4]

Teriān iggradwat fl-1947 fid-Dipartiment tax-Xjenza tal-Università ta' Tehran. Hija bdiet il-karriera tagħha fil-laboratorju tal-fiżika ta' dik l-università u ġiet eletta bħala l-kap tal-operazzjonijiet fil-laboratorju fl-istess sena.

Hija applikat għal borża ta' studju fi Franza iżda Dr. Hesabi ma aċċettax l-applikazzjoni tagħha. Huwa kien jemmen li kien diġà biżżejjed għal mara li tistudja daqshekk. Fl-aħħar mill-aħħar telqet mill-Iran lejn Franza, permezz tal-appoġġ finanzjarju ta' missierha, u hemmhekk fl-1956 kisbet id-dottorat tagħha fil-fiżika atmosferika mill-Università ta' Sorbonne. Imbagħad reġgħet lura lejn l-Iran u saret assistent professur tat-termodinamika fl-Università ta' Tehran. Iktar 'il quddiem ħadmet fil-qasam tal-fiżika solari fil-Ġermanja tal-Punent għal perjodu ta' erba' xhur permezz ta' borża ta' studju li ngħatatilha mill-gvern Ġermaniż lill-Università ta' Tehran. Fl-1964 Teriān saret l-ewwel professur mara tal-fiżika fl-Iran.

Fl-1966, Teriān saret membru tal-Kumitat tal-Ġeofiżika tal-Università ta' Tehran. Fl-1969 ġiet eletta kap tal-istudji tal-fiżika solari f'dik l-università u bdiet taħdem fl-osservatorju solari, u saret wieħed mill-fundaturi tiegħu. Teriān irtirat fl-1979. Fil-waqt ta' mewtha kienet qed tgħix f'Tehran.

Fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' għeluq id-90 sena ta' Teriān f'Tehran kienu preżenti għadd ta' membri parlamentari Iranjani u iktar minn 100 Armen Iranjan.[5]

Terian mietet fl-4 ta' Marzu 2011 ta' 90 sena.[6]

  1. ^ "پیکر 'مادر نجوم ایران' تشییع شد". BBC News فارسی (bil-Persjan). 2011-03-07. Miġbur 2022-04-25.
  2. ^ "فرهیختگان - گفت‌وگو با بانوآلينوش طريان". archive.ph. 2012-08-01. Miġbur 2022-04-25.
  3. ^ Janet D. Lazarian (2003). Encyclopedia of Iranian Armenians. Tehran: Hirmand Publisher. p. 426. ISBN 964-6974-50-3.
  4. ^ Janet D. Lazarian (2003). Encyclopedia of Iranian Armenians. Tehran: Hirmand Publisher. p. 427. ISBN 964-6974-50-3.
  5. ^ "Mother of Iranian astronomy honored". web.archive.org. 2010-11-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-11-13. Miġbur 2022-04-25.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Iran's First Female Astronomer Alenoush Terian Passes Away | Armenian Weekly". web.archive.org. 2011-03-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-03-11. Miġbur 2022-04-25.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)