Akkwedott ta' Padre Tembleque
L-Akkwedott ta' Padre Tembleque jew l-Akkwedott ta' Tembleque huwa akkwedott Messikan li jinsab bejn l-irħula ta' Zempoala, fl-istat ta' Hidalgo, u Otumba fl-istat tal-Belt tal-Messiku.
L-istruttura ssemmiet għal patri Spanjol li kien jismu Francisco de Tembleque u hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-akkwedott oriġinarjament inbena bejn l-1553 u l-1570. Għandu tul ta' 45 kilometru (28 mil) u jibda fil-vulkan ta' Tecajete fil-Lvant ta' Zempoala u jispiċċa f'Otumba.[2] Il-biċċa l-kbira minnu jgħaddi fuq l-art, iżda hemm xi biċċiet minnu li jgħaddu taħt l-art kif ukoll fuq irdumijiet u widien. Tul l-akkwedott hemm tliet arkati: l-ewwel arkata fiha 46 ħnejja, it-tieni waħda fiha 13-il ħnejja, u t-tielet waħda fiha 67 ħnejja. L-ogħla rdum u wied li jaqsam minnu l-akkwedott huwa l-irdum ta' Papalote, li taqsam minnu s-sezzjoni tal-akkwedott magħrufa bħala l-Arkata Prinċipali b'67 ħnejja, bl-ogħla ħnejja f'għoli ta' 38.75 metru (127.1 pied). L-akkwedott kien inbena minn Padre Tembleque biex iwassal l-ilma tant meħtieġ fl-irħula.[2]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Sistema Idrawlika tal-Akkwedott ta' Padre Tembleque żdiedet bħala Sit Indikattiv tal-Messiku fl-20 ta' Novembru 2001 bħala sit kulturali.[2] Is-sit ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-5 ta' Lulju 2015.[1][3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Aqueduct of Padre Tembleque Hydraulic System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-30.
- ^ a b ċ "Aqueduct of Padre Tembleque - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2009-04-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-04-15. Miġbur 2022-04-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sites in Japan, Turkey, Mexico, Uruguay inscribed on UNESCO's World Heritage List, extension of Spanish site approved". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-30.