Aqbeż għall-kontentut

Ajruport Dong Hoi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ajruport Dong Hoi

L-Ajruport Dong Hoi huwa ajruport li jinsab fil-komun ta' Loc Ninh, 6 kilometri 'l bogħod mill-belt ta' Dong Hoi, kapitali tal-provinċja ta' Quang Binh, fil-Vjetnam. Il-faċilità tkopri 173 ettaru, fuq żona ramlija, mal-kosta tal-Baħar taċ-Ċina t'Isfel. Il-pista tilħaq qrib ix-xtajta u hi kważi paralleli għall-Awstrostada Nazzjonali 1A. Il-pista tal-inżul ġiet mibnija mill-kolonjalisti Franċiżi fis-snin tletin sabiex isservi għall-Ewwel Gwerra Indoċiniża u ġiet imtejba mill-Vjetnam ta' Fuq bħala bażi tal-ajru għall-Gwerra tal-Vjetnam.

Fit-30 ta' Awwissu 2004, bdiet ir-rinnovazzjoni (jew aħjar ir-rikostruzzjoni) ta' dan l-ajruport u ġiet skedata li tintemm fl-2006. Kien f'Mejju tal-2008 li dan ġie inawgurat. Fit-18 ta' Mejju, 2008, l-ajruport infetaħ uffiċjalment bl-ewwel titjira kummerċjali mill-Ajruport Internazzjonali ta' Noi Bai, f'Ħanoj. Sal-2008, dan huwa wieħed mit-tliet ajruporti kummerċjali f'Bac Trung Bo, l-oħrajn ikunu l-Ajruport Internazzjonali ta' Phu Bai (90 mil fin-Nofsinhar tal-Ajruport Dong Hoi) u l-Ajruport Vinh (97 mil fit-Tramuntana tal-Ajruport Dong Hoi).

Linji tal-ajru u destinazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ajruport iservi lill-belt ta' Dong Hoi. Dan iservi sabiex iwassal lit-turisti lejn il-bajjiet li jinsabu f'Dong Hoi kif ukoll lejn il-Park Nazzjonali ta' Phong Nha-Ke Bang. Sa Diċembru 2009, il-Vietnam Airlines kienu qed jagħmlu titjiriet mingħajr waqfien, fejn rabtu dan l-ajruport mal-Ajruport Internazzjonali ta' Noi Boi u l-Ajruport Internazzjonali ta' Tan Son Nhat.[1][2]

L-iskeda tat-titjiriet hija din segwenti:

Nru. Rotta Kodiċi tat-titjira Ħin tat-tluq Ħin tal-wasla
1.Hanoi - Dong HoiVN27907:0008:05
2.Dong Hoi - Ho Chi MinhVN37908:4510:20
3.Ho Chi Minh - Dong HoiVN37811:1012:45
4.Dong Hoi - Ha NoiVN27813:2514:30

Nota:

  • Il-ħin muri huwa GMT+7.
  • It-titjiriet isiru kull nhar ta' Tlieta, Ħamis u Ħadd.
  • L-ajruplan għal dawn it-titjiriet huwa Fokker 70.
  1. "Sit uffiċjali tal-Vietnam Airlines". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-02. Miġbur 2010-06-03.
  2. VietnamNet, ed. (26-04-2009). "Quang Binh province urged to fully tap its advantages" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-04-30. Miġbur 2010-06-03. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)