Ġwanni Nepomiċenu
Dehra
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Imwieled fl-1330 f'Nepomuk, fil-Boemja (illum fir-Repubblika Ċeka), kien ordnat qassis fi Praga u sar predikatur tal-Palazz tar-Re Vinċeslaw. Mart ir-Re, Giovanna tal-Baviera, għażlitu bħala konfessur tagħha. Ir-re, korrott, issuspetta li Giovanna kienet qiegħda taqlibhielu u kontinwament kien jitturmentaha biex tammetti xi ħaġa li kienet biss f'moħħu. Imbagħad dar fuq is-saċerdot Ġwanni u riedu jgħid x'kienet tgħidlu martu fil-qrar imma l-qaddis ma riedx minkejja t-theddid tar-re. Dan wassal biex Ġwanni jiġi ttorturat u mixħut fix-xmara Moldava, nhar l-20 ta' Marzu 1383. Huwa magħruf bħala l-qaddis tas-sigriet tal-qrar, u huwa l-qaddis patrun tal-konfessuri u ta' dawk fil-periklu li jegħrqu.