Aqbeż għall-kontentut

Bitcoin: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 54: Linja 54:


Meta tranżazzjoni tiġi ammessa għall-ewwel darba fi blokk, tirċievi konferma. Kull darba li mill-blokk jinħolqu blokki ulied oħra marbutin miegħu, jirċievi konferma oħra għal kull blokk. Meta l-blokk li fih it-tranżazzzjoni jkollu sitt konfermi, jiġiefi jkunu nħolqu sitt blokki marbutin miegħu, il-client Bitcoin jibdel l-istat tat-tranżazzjoni minn "mhux konfermata" għal "konfermata". Il-motivazzjoni għal din il-proċedura hi li ma' kull konferma tat-tranżazzjoni, jiġifieri ma kull blokk ġdid li jinħalaq barra l-blokk bit-tranżazzjoni stess, ftit ftit isir iżjed diffiċli u jqum iżjed biex wieħed ixxejjen it-tranżazzjoni. Attakkant ipotetiku, biex jannulla tranżazzjoni b'ċertu numru ta' konfermi, ikollu jiġġenera katina parallela mingħajr it-tranżazzjoni li jrid ixejjen u magħmula min-numru ta' blokki daqs jew ogħla mill-konfermi rċevuti mit-tranżazzjoni.
Meta tranżazzjoni tiġi ammessa għall-ewwel darba fi blokk, tirċievi konferma. Kull darba li mill-blokk jinħolqu blokki ulied oħra marbutin miegħu, jirċievi konferma oħra għal kull blokk. Meta l-blokk li fih it-tranżazzzjoni jkollu sitt konfermi, jiġiefi jkunu nħolqu sitt blokki marbutin miegħu, il-client Bitcoin jibdel l-istat tat-tranżazzjoni minn "mhux konfermata" għal "konfermata". Il-motivazzjoni għal din il-proċedura hi li ma' kull konferma tat-tranżazzjoni, jiġifieri ma kull blokk ġdid li jinħalaq barra l-blokk bit-tranżazzjoni stess, ftit ftit isir iżjed diffiċli u jqum iżjed biex wieħed ixxejjen it-tranżazzjoni. Attakkant ipotetiku, biex jannulla tranżazzjoni b'ċertu numru ta' konfermi, ikollu jiġġenera katina parallela mingħajr it-tranżazzjoni li jrid ixejjen u magħmula min-numru ta' blokki daqs jew ogħla mill-konfermi rċevuti mit-tranżazzjoni.

Fl-aħħar, il-katina tal-blokki jkun fiha l-istorja tal-movimenti kollha tal-bitcoins kollha ġenerati mill-indirizz ta' min ħalaqhom sal-indirizz tal-propjetarju attwali.<ref name="bbe">[http://blockexplorer.com/ ''Bitcoin Block Explorer'']</ref> Allura, jekk xi utent jipprova jerġa' juża muniti li diġà intużaw, ix-xibka tirrifjuta t-trażazzjoni.


<includeonly>
<includeonly>
Fl-aħħar, il-katina tal-blokki jkun fiha l-istorja kollha Ne consegue che la catena dei blocchi contiene lo storico di tutti i movimenti di tutti i bitcoin generati a partire dall'indirizzo del loro creatore fino all'attuale proprietario.<ref name="bbe">{{Cita web |url=http://blockexplorer.com/ |titolo=Bitcoin Block Explorer }}</ref> Quindi, se un utente prova a riutilizzare una moneta che ha già speso, la rete rifiuterà la transazione in quanto la somma risulterà già essere spesa.

Eventually, the block-chain contains the cryptographic ownership history of all coins from their creator-address to their current owner-address.<ref name="bbe">{{cite web |url=http://blockexplorer.com/ |title=Bitcoin Block Explorer }}</ref> Therefore, if a user attempts to reuse coins he had already spent, the network will reject the transaction.

The whole history of transactions must be stored inside the block chain database, which grows constantly as new records are added and never removed. By design, some but not all users need the entire database to use Bitcoin - some users only need the portion of the database that pertains to the coins they own or might receive in the future. Presently, the database is small enough (less than 200 MB as of April 2011) that all users of the Bitcoin software receive the entire database over the peer-to-peer network shortly after running the software the first time.
The whole history of transactions must be stored inside the block chain database, which grows constantly as new records are added and never removed. By design, some but not all users need the entire database to use Bitcoin - some users only need the portion of the database that pertains to the coins they own or might receive in the future. Presently, the database is small enough (less than 200 MB as of April 2011) that all users of the Bitcoin software receive the entire database over the peer-to-peer network shortly after running the software the first time.



Reviżjoni ta' 13:30, 30 Diċembru 2013

Il-Bitcoin (simbolu: ฿; kodiċi: BTC jew XBT) hu munita elettronika maħluqa fl-2009 minn persuna jew persuni anonimi magħrufin bil-laqam Satoshi Nakamoto. L-isem Bitcoin jirreferi wkoll għas-software bis-sors miftuħ iddisinjat biex jimplementa l-protokol ta' komunikazzjoni u għax-xibka peer-to-peer li tirriżulta minnu.

Kontra l-parti l-kbira tal-valuti tradizzjonali, il-Bitcoin ma tużax awtorità ċentrali. Tuża bażi ta' dejta mifruxa fost in-nodi tax-xibka li jżommu kont tat-tranżazzjonijiet u tuża l-krittografija biex timplementa l-karatteristiki l-iżjed importanti pereżempju: sid leġitmu biss jista' jonfoq, u ma jistax jonfoq l-istess bitcoins iżjed minn darba.

Il-Bitcoin hi maħsuba biex ikun hemm pussess u trasferiment anonimu tal-muniti. Il-bitcoins jistgħu jiġġemmgħu fuq kompjuter personali taħt forma ta' "portafoll" jew jinżammu minn terzi parti li jagħmluha ta' bank. F'kull każ il-bitcoins jistgħu jiġu trasferiti fuq l-Internet bejn kull min għandu "indirizz tal-bitcoin". Minħabba l-istruttura peer-to-peer tax-xibka tal-bitcoin u nuqqas ta' entità ċentrali l-ebda awtorità, governattiva jew le, ma tista' timmanipula l-valur tal-bitcoin jew iddaħħal l-inflazzjoni.

Ekonomija

Grafiku tar-rata talkambju mad-dollaru American

Il-valur totali tal-ekonomija tal-Bitcoin, ikkalkulat f'Diċembru tal-2012 kien ta' madwar 140 miljun dollaru Amerikan[1], f'April tal-2013 1.4 biljun dollaru[2], f'Novembru tal-2013, bil-kambju 1Bitcoin=540USD, il-valur reġa' tela' għal iżjed minn 6 biljun dollaru[3].

L-ekonomija bbażata fuq il-bitcoin għadha żgħira ħafna, imqabbla mal-ekonomiji li ilhom stabbiliti għal żmien twil, u s-software għadu fi stat ta' verżjoni beta, ma dan kollu hemm xi bejgħ u servizzi reali li diġà jaħdmu bil-bitcoin, pereżempju, karozzi użati jew kuntratti għall-iżvillup tas-software. Il-bitcoins jiġu aċċettati kemm għal servizz fuq-il-linja u kemm għal merkanzija tanġibbli[4].

Diġà hemm xi kumpanniji kbar li jaċċettaw ħlas bil-Bitcoin, pereċempju CheapAir.com, WordPress, Reddit, u OkCupid u wieħed jista' wkoll jixtri minn siti kbar bħal Amazon u eBay permezz ta' xi intermedjarji. Hemm ukoll għadd kbir ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jaċċettaw donazzjonijiet bil-bitcoin; fosthom insibu l-Electronic Frontier Foundation[5], The Pirate Bay[6], is-Singularity Institute[7]u l-Associazione Luca Coscioni[8]. Xi negozjanti, bl-użu ta' siti speċjali ta' skambju, jippermettu il-bdil tal-Bitcoin f'diversi muniti, fosthom id-dollaru Amerikan, l-ewro, ir-rublu Russu u l-jen Ġappuniż [9].

Kulħadd jista' jivverifika l-katina ta' blokki u josserva it-tranżazzjonijiet f'ħin reali. Hemm diversi servizzi disponibbli biex jiffaċilitaw dawn l-operazzjonijiet.[10][11]

Differenzi mal-muniti legali

Proġezzjoni tal-Bitcoins totali maż-żmien

Bil-kontra tal-valuti legali, il-Bitcoin għandha l-karatteristika li ħadd ma jista' jikkontrolla l-valur tagħha minħabba n-natura deċentralizzata ta' kif inħalqet.[12][13]. Fil-każ tal-Bitcoin il-kwantità tal-valuta fiċ-ċirkulazzjoni hi limitata a priori, allura hi perfettamente prevedibbli u mela magħrufa mill-utilizzaturi minn qabel[14]. L-inflazzzjoni tal-valuta fiċ-ċirkulazzjoni allura ma tistax tintuża minn entità ċentrali biex tirridistribwixxi il-ġid bejn l-utenti.

It-trasferimenti huma definiti bħala bdil tal-proprjetà tal-valuta, u jsiru mingħajr il-ħtieġa ta' entità esterna li tagħmilha ta' kontrollatur bejn il-parti. Dan il-mod ta' interskambju jagħmilha impossibbli li xi ħadd jannulla t-tranżazzjoni u hekk jerġa' jieħu lura l-flus li jkunu saru ta' ħadd ieħor. Il-klijent tal-bitcoin jittrażmetti għan-nodi l-iżjed qribu u dawn min-naħa tagħhom jippropagaw il-ħlas max-xibka. Tranżazzjonijiet invalidi jew bil-qerq jiġu refjutati min-nodi onesti. It-tranżazzjonijiet huma bażikament b'xejn, imma hu maħsub li se jkun hemm ħlas ta' kummissjoni meta wieħed ikun irid prijorità ta' fl-ipproċessar tat-tranżazzjoni min-nodi differenti.[14]

In-numru totali tal-bitcoins jersaq asintotikamente għal-limitu ta' 21 miljun. Id-disponibbiltà ta' flus ġodda tikber bħal serje ġeometrika kull 4 snin; fl-2013 kien hemm ġenerati nofs il-flus possibbli u sal-2017 ħa jkun hemm tliet kwarti. Meta noqorbu lejn dik id-data, jekk nassumu li t-talba għall-bitcoin tikber iżjed minn proporzjonalment b'rispett tad-disponibbiltà tagħha, il-bitcoin x'aktarx ikollha deflazzjoni fil-valur (jiġifieri żieda fil-valur reali) bis-saħħa tal-iskarsità tal-munita l-ġdida. Però il-bitcoins huma diviżibbli sat-tmiem ċifra deċimale (u mela b'total ta' 2.1 x 1015 unità), u hekk jista' jkun hemm aġġustamentm komplet tal-valur f'ambjent deflazzjonistiku.[15]. Skont l-iżviluppaturi, f'ambjent ta' skarsità ta' bitcoins in-nodi minflok jiffinanzjaw ruħhom bil-ħolqien ta' bitcoins ġodda u jaqalgħu mill-ħila tagħhom li jagħmlu t-tranżazzjonijiet u hekk jikkompetu fuq il-prezzijiet u jżommuhom baxxi.[14]

Il-kambju mal-Juwan

Il-munita virtwali fl-2013 laħqet il-21% tat-total tat-tranżazzjonijiet tal-kambju tal-valuta Ċiniża.[16]

Riżultati

Jipprevedu tliet xenarji fejn il-Bitcoin tista' tfalli: l-iżvalutazzjoni tal-munita, tnaqqis kbir fin-numru ta' utenti, jew attakk frontali fuq is-sistema minn xi gvernijiet. Mhux possibbli li jiġu pprojbiti l-flus diġitali bħall-Bitcoin kollha.[17]>Id-deċentralizzazzjoni u l-anonimità li jagħmlu parti intrinsika mill-Bitcoin nistg]u narawhom bħala reazzjoni kontra l-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-azjendi li jaħdmu fl-ambitu tal-flus elettroniċi bħal e-gold u Liberty Dollar.[18] L-artiklu ta' Danny O'Brien ippubblikat fl-The Irish Times jgħid li "Meta 'l xi ħadd turih il-Bitcoin, jistaqsik 'Imma din legali?'" u 'Dan x'imbroll?' Nimmaġina li hemm avukati u ekonomisti li qegħdin ifittxu li jagħtu risposta għal din il-mistoqsija li mhijiex sempliċi. Nissusspetta li l-lista tan-nies li qegħdin ifittxu tweġiba għal din-domanda dalwaqt inżidu magħha l-leġiżlaturi."[17]

Fi Frar tal-2011, wara li ssemmiet fuq Slashdot u l-effett Slashdot li kkawża dan kien riperkussjonijiet fuq il-valur tal-Bitcoin u fuq il-funzjonament tajjeb ta' xi siti prinċipali marbution magħha.[19][20]

Teknoloġija

Programm tal-Bitcoin jaħdem fuq Windows 7

IlBitcoin hi implementazzjoni peer-to-peer tal-b-money proposta minn Wei Dai u minn Bitgold proposta minn Nick Szabo. Il-prinċipji tas-sistema huma deskritti fid-dokument ta' Satoshi Nakamoto, ippubblikat fl-2008.[14]

Panoramika

Il-Bitcoin hi bbażata fuq it-trasferiment tal-flus bejn kontijiet pubbliċi permezz tal-krittografija asimmetrika (b'ċavetta pubblika). It-tranżazzjonijiet huma kollha pubbliċi u jiġu memorizzati f'bażi tad-dejta mifruxa li tintuża biex tikkomfermahom u biex tiżgura li wieħed jonfoq l-istess flus darbtejn.

L-indirizzi

Kull persuna li tieħu sehem fix-xibka tal-Bitcoin ikollha portafoll li jkun fih numru arbitrarju ta' pari ta' ċwievet krittografiċi. Iċ-ċwievet pubbliċi, jew "indirizzi tal-bitcoin", iservu ta' punti tal-ħruġ u dħul għall-pagamenti kollha. Iċ-ċavetta privata li tikkorispondi magħhom tawtorizza l-pagament għal ċertu utent biss. L-indirizzi ma fihomx informazzjoni dwar il-proprjetarji tagħhom u huma min-natura tagħhom anonimi.[15] L-indirizzi huma sensiela każwali ta' numri u ittri b'tul medju ta' 33 karattru, li dejjem tibda bin-numru 1, bil-forma 175tWpb8K1S7NmH4Zx6rewF9WQrcZv245W. L-utenti jistgħu jkollhom numru arbitrarju ta' indirizzi tal-Bitcoin, u infatti wieħed jista' jiġġenera kemm irid billi l-ġenerazzjoni tagħhom ma tqumx ħafna żmen tal-kalkolu (ekwivalenti għall-ġenerazzjoni ta' par ċwievet pubblika/privata) u ma teħtieġ l-ebda kuntatt ma' nodi oħra tax-xibka. Il-ħolqien ta' par ċwievet ġdid għal kull tranżazzjoni jgħin biex jinżamm l-anonimat.

It-tranżazzjonijiet

Il-bitcoins għandhom magħhom iċ-ċavetta pubblika ta' sidhom (jiġifieri l-indirizz). Meta utent A jrid jittrasferixxi l-flus lill-utent B jagħtihom iċ-ċavetta pubblika ta' B (l-indirizz tiegħu) u jiffirmahom biċ-ċavetta privata tiegħu.[21] Imbagħad jittrażmetti dawn il-flus max-xibka peer-to-peer f'messaġġ apposta, it-"tranżazzjoni". Il-bqija tan-nodi jivvalidaw il-firem krittografiċi u l-ammont tal-flus qabel jaċċettawhom.

Il-katina ta' blokki u konfermi

Il-katina prinċipali (bl-iswed) tikkonsisti fl-itwal sensiela ta' blokki mill-ewwel (bl-aħdar) sal-blokka kurrenti. Il-blokki orfni (bil-vjola) jeżistu barra mill-katina prinċipali.

Biex ma jkunx hemm il-possibbiltà li l-istess flus jintefqu iżjed minn darba, ix-xibka timplementa dik li Satoshi Nakamoto jiddeskrivi bħala "server ta' markatura orarja peer-to-peer",[22], li jassenja identifikaturi sekwenzjali lil kull waħda mit-tranżazzjonijiet li imbagħad jissaħħu kontra attentati ta' bdil bl-użu tal-idea ta' katina ta' xhieda ta' xogħol (li jidhru fil-Bitcoin bħala "konfermi").

Kull darba li ssir tranżazzjoni, din tibda billi tidher bħala "mhux konfermata". Dan l-iststus jirrifletti l-probabbiltà li tista' titreġġa' lura b'suċċess fil-każ ta' attentat apposta. Kull tranżazzjoni mxandra lin-nodes l-oħra ma ssirx "konfermata" sakemm ma tiġix verifikata f'lista ta' markatura orarja, immaneġġatat kollettivament tat-tranżazzjonijiet magħrufa kollha, il-"katina tal-blokki".

B'mod partikolari, kull nodu "ġeneratur" jiġbor it-trażazzjonijiet mhux konfermati kollha li jaf bihom ġo fajl magħruf bħala "blokk",[23] li jirreferi għat-tranżazzjonijiet riċenti kollha kif ukoll għall-aħħar blokk validu li jaf bih dak in-nodu. Imbagħad jipprova joħloq hash krittografiku ta' dak il-blokk b'ċerti karatteristiki, sforz li jeħtieġ fil-medja numru definibbli ta' provi. Meta nodu jsib soluzzjoni, iħabbarha lill-bqija tan-nodi. Il-peers li jirċievu il-blokk ġdid riżolt, jivvalidawh qabel ma jaċċettawh u jżiduh mal-katina.

Meta tranżazzjoni tiġi ammessa għall-ewwel darba fi blokk, tirċievi konferma. Kull darba li mill-blokk jinħolqu blokki ulied oħra marbutin miegħu, jirċievi konferma oħra għal kull blokk. Meta l-blokk li fih it-tranżazzzjoni jkollu sitt konfermi, jiġiefi jkunu nħolqu sitt blokki marbutin miegħu, il-client Bitcoin jibdel l-istat tat-tranżazzjoni minn "mhux konfermata" għal "konfermata". Il-motivazzjoni għal din il-proċedura hi li ma' kull konferma tat-tranżazzjoni, jiġifieri ma kull blokk ġdid li jinħalaq barra l-blokk bit-tranżazzjoni stess, ftit ftit isir iżjed diffiċli u jqum iżjed biex wieħed ixxejjen it-tranżazzjoni. Attakkant ipotetiku, biex jannulla tranżazzjoni b'ċertu numru ta' konfermi, ikollu jiġġenera katina parallela mingħajr it-tranżazzjoni li jrid ixejjen u magħmula min-numru ta' blokki daqs jew ogħla mill-konfermi rċevuti mit-tranżazzjoni.

Fl-aħħar, il-katina tal-blokki jkun fiha l-istorja tal-movimenti kollha tal-bitcoins kollha ġenerati mill-indirizz ta' min ħalaqhom sal-indirizz tal-propjetarju attwali.[24] Allura, jekk xi utent jipprova jerġa' juża muniti li diġà intużaw, ix-xibka tirrifjuta t-trażazzjoni.


Referenzi

  1. ^ Statistika fuq Blockchain.info
  2. ^ Bloomberg, Bitcoin Really Is an Existential Threat to the Modern Liberal State
  3. ^ Live Bitcoin market capitalization by Bitstamp
  4. ^ Bitcoin Trade
  5. ^ Pagina delle donazioni per EFF
  6. ^ The Pirate Bay Now Accepts Bitcoin Donations da TorrentFreak
  7. ^ SIAI donation page
  8. ^ [1]
  9. ^ Bitcoin Charts
  10. ^ bitcoinwatch.com
  11. ^ bitcoinmonitor.com
  12. ^ Bitcoin FAQ Italiano
  13. ^ Bitcoin FAQ
  14. ^ a b ċ d Nakamoto Satoshi, Bitcoin: A Peer-to-Peer Electronic Cash System [2]
  15. ^ a b =Nathan Willis, Bitcoin: Virtual money created by CPU cycles [3]
  16. ^ www.repubblica.it
  17. ^ a b Danny O'Brien, Imagine your computer as a wallet full of Bitcoins, The Irish Times [4]
  18. ^ [5] Observations on the Digital Currency Industry Herpel, Mark, 2010
  19. ^ Online-Only Currency Bitcoin Reaches Dollar Parity via Slashdot.
  20. ^ Bitcoin Charts
  21. ^ Transactions - Bitcoin
  22. ^ Fil-white paper tiegħu, Nakamoto kiteb: ".... nipproponu soluzzjoni għall-problema tal-infiq dobbju premezz ta' server ta' markatura orarja peer-to-peer biex tiġi ġġenerata prova komputazzjonali tal-kronoloġika ta-tranżazzjonijiet".
  23. ^ [6] Bitcoin Wiki: Block Hashing Algorithm
  24. ^ Bitcoin Block Explorer