Wikipedija:VisualEditor

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Merħba fil-VisualEditor, mod ġdid kif tista' timmodifika 'l-Wikipedija żviluppat mill-Fondazzjoni Wikimedia (WMF). Sa mill-bidu ta' din l-enċiklopedija, kull modifika kellha ssir bl-użu ta' kodiċi partikulari li kellhom jitgħallmu. Fl-2001, din id-diffikulta kienet aċċettabli; illum il-ġurnata, din tbiegħed lill-kontributuri. VisualEditor huwa hemmhekk sabiex jippermetti lin-nies sabiex jimmodifikaw mingħajr il-bżonn li jitgħallmu "lingwa" ġdida.

Fil-Wikipedija Maltija, VisualEditor ġie introdott lejn l-aħħar tal-2013. Il-funzjonalità li timmodifika artiklu bil-kodiċi wiki għadha u se tibqa' hemmhekk.

Implementazzjoni attwali[editja]

Spjegazzjoni ta' kif taħdem il-verżjoni alpha tal-VisualEditor

Attwalment, il-verżjoni alpha tal-VisualEditor hija disponibbli biss lill-utenti reġistrati, u tista' tiġi attivata mill-Preferenzi.

Kull artiklu li huwa miftuħ għall-modifika għandu żewġ għażliet:

  • Editja s-sors, li tieħdok għall-paġna tal-editjar tradizzjonali
  • Editja, li tiftaħ l-editur il-ġdid, fejn tista' timmodifika u tissejvja artikli u l-paġni fl-ispazji tal-isem Utent, Stampa, Għajnuna u Kategorija (il-paġni ta' diskussjoni huma esklużi). Huwa ta' parir li kull darba li tużawh, jekk tesperjenza ċerti diffikultajiet jew problemi, irrapporta fil-paġna apposta.

L-artikli u l-paġni kollha li ġew modifikati bl-użu ta' din l-għodda huma mmarkati bit-tikketta "VisualEditor".

Limiti[editja]

VisualEditor jaħdem biss fil-verżjonijiet l-iktar moderni ta' Firefox, Chrome, Safari, Opera, Midori, Qupzilla, SeaMonkey and WebPositive. VisualEditor mhux se jkun disponibbli għall-utenti ta' Internet Explorer 8 jew qabel, għalkemm l-iżviluppaturi qegħdin jaħdmu sabiex VisualEditor ikun kompatibbli għall-aħħar verżjonijiet ta' IE.

Biex jiftaħ paġni kbar, VisualEditor jista' jieħu xi ftit iktar ħin mill-editur tradizzjonali, għalkemm il-prestazzjoni ġiet imtejjba. VisualEditor jaħdem ukoll fuq paġni sħaħ, u għalhekk il-modifika ta' sezzjonijiet ma tistax issir (Bugzilla 48429).

Ħoloq esterni[editja]