Wikipedija:Mhux issa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Ħafna mit-talbiet għall-amministrazzjoni jdumu għal sebat ijiem wara li jkunu transklużi fil-paġna prinċipali tat-TgħA. Madankollu, f'ċerta ċirkostanzi jiġi magħluqa kmieni. Jekk qiegħed taqra' din il-paġna wisq probabbli dan huwa minnu fit-TgħA tiegħek.

Raġunijiet għall-għeluq kmieni[editja]

Għalkemm TgħA m'għandiex rikjesti speċifiċi minimi ġeneralment, il-komunità tfittex ċerta livelli bażiċi ta' kontribuzzjonijiet li jekk m'għandekx it-TgħA tiegħek m'għandha l-ebda ċans. Meta kandidat m'għandux il-kriterji fundamentali aċċettati mill-komunità. Meta kandidat m'għandux dawn l-affarijiet fundamentali, wisq probabbli jkun hemm gozz ta' kummenti opposti. Dan jista' jkun ta' qtugħ ta' qalb għall-kandidat u jista' jħalli effett ħażin fuqhom u ma jagħmlux aktar kontribuzzjonijiet produttivi. Dan mhux fl-aħjar interess tal-Wikipedija. Għalhekk, TgħA li tkun ċerta li mhux se tkun ta' suċċess ġeneralment toħloq numru ta' rikjesti tal-għeluq tad-diskussjonijiet relatati magħha.

Kull editur fi spirtu tajjeb jista' jagħlaq TgħA li se tkun ċerta li mhux se tkun suċċess. Dan irid ikun magħmul bi prekawzjoni u ġudika tajba. Jekk hemm ċerta dubju, l-aħjar huwa li tikteb messaġġ fil-paġna ta' diskussjoni tal-kandidat u tistaqsih dwar it-TgħA tiegħu, dan ġeneralment huwa l-aqwa metodu milli tagħlaqha bla avviż l-attentat tagħhom b'Assumi fiduċja tajba għall-amministrazzjoni. Għandek tkun taf li ċerta edituri jippreferu li t-TgħA tagħhom tibqa' miftuħa, anke jekk qegħdha tfalli miżerjament, minħabba li l-kummenti jistgħu jkunu utli.

Kull kandidat li jara t-TgħA tiegħu qegħdha tfalli jista' jagħmel rikjesta sabiex ir-rikjesta tiegħu tiġi magħluqha kmieni. Sempliċiment billi tħassar l-aċċetazzjoni tiegħek mit-TgħA u ikteb li se tirtira.

Affarijiet li għandek tinnota jekk it-TgħA tiegħek tiġi magħluqha kmieni[editja]

  • Inti merħba li terġa' tagħmel attentat ieħor meta għandek aktar esperjenza u indirizzajt l-affarijiet li qalulek dawk li jopponuk.
  • Kummenti li saru fit-TgħA m'humiex personali. Edituri oħrajn qegħdin jagħmlu kummenti dwar jekk int intix tajjeb jew le għall-kariga ta' amministratur illum, mhux kif int bħala persuna, jew anke fuq il-kontribuzzjonijiet tiegħek ġeneralment.
  • Ħafna amministraturi rispettati u esperjenzati ma ġewx mogħtija l-għodda mal-ewwel minħabba li t-TgħA tagħhom ma ġietx aċċettata mal-ewwel. Taħsibx li TgħA bla suċċess tirrifletti ħażin fuq il-preġudikatura jew TgħA fil-futur. Dan ma jfissirx hekk.

Xi trid tagħmel jekk it-TgħA tiegħek tiġi magħluqha kmieni[editja]

  • Jekk int taċċetta li m'hemm l-ebda ċans li r-rikjesta tiegħek tgħaddi f'dak iż-żmien partikulari m'għandek bżonn tagħmel xejn. L-editur li għalaq it-TgħA tiegħek għamlek kurrenti u wisq probabbli gwidak għal dan il-komponiment. Huma jkunu ħadu ħsieb l-affarijiet tekniċi tal-għeluq.
  • Jekk int ma taċċettax li l-għeluq bikri kien ħaġa tajba jekk jogħġbok staqsi l-editur li għalaqha qabel ma tneħħi l-azzjonijiet tagħhom. Ġeneralment, assumi fiduċja tajba fin-nominazzjoni jew nominazzjoni tiegħek stess, jekk il-kandidat jixtieq it-TgħA jiġi mwettaq għal ħin sħiħ dan huwa aċċettabli. Iżda, jekk jogħġbok ikkunsidra reviżjoni tal-editur bħala metodu alternattiv biex iġġib kumment fuq il-kontribuzzjonijiet tiegħek.

Dak li m'għandekx tagħmel jekk it-TgħA tiegħek ġiet magħluqha kmieni[editja]

  • Tinkwieta dwarha. Dan jiġri għal kulħadd anke 'l amministraturi tajbin tagħna fuq l-ewwel attentat tagħhom tat-TgħA.
  • Titlaq minn Wikipedija. Kieku ma tħobbx il-post, kieku ma offrejtx ruħek bħala amministratur. TgħA magħluqa kmieni m'għandiex tkun ir-raġuni għala għandek tibda' ma tħobbiex. Mur lura fil-post li kont tieħu gost tant tagħti l-kontribuzzjonijiet tiegħek, jew inkella hu Wikipawża.
  • Tirrifjuta għajnuna. Hemm ħafna opinjonijiet tajbin u edituri li lesti jgħinuk tikber bħala Wikipedjan jekk tieħu l-għażla u tibqa'. Hemm ħafna affarijiet li tista' tagħżel fis-sezzjoni ta' "Ara wkoll".

Ara wkoll[editja]