Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni
| Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Metatheria |
| Superordni: | Ameridelphia |
| Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
| Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
| Sottofamilja: | Didelphinae |
| Ġeneru: | Thylamys (Gray,1843) |
| Speċi: | T. pusillus |
| Isem binominali | |
| Thylamys pusillus (Desmarest,1804) |
|
![]() |
|
| Firxa tal-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni | |
L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni jew Opossum ta' denbu oħxon komuni, magħruf xjentifikament bħala Thylamys pusillus, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix ma' l-art), b' abitudni notturna (attiv bil-lejl).
Werrej |
Dieta [editja]
L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni huwa marsupjal b' dieta primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd ta' l-għasafar u annimali vertebrati żagħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta ukoll.
Distribuzjoni [editja]
Thylamys pusillus huwa speċi b' distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel, mifruxa mal-Arġentina, Bolivja u Paragwaj.
Klassifikazjoni [editja]
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Thylamyini
- Ġeneru Thylamys
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni, Thylamys pusillus
- Ġeneru Thylamys
- Tribù Thylamyini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi [editja]
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Infonatura sit b' informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel inklużi l-marsupjali tal-ġeneru Thylamys
Ħoloq Esterni [editja]
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Thylamys pusillus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Lista varja ta' membri fil-ġeneru Thylamys.
- Tassonomija tal-Mammiferi.
