Thomas Balvay

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Thomas Balvay (18881945)[1] kien referì tal-futbol tas-snin għoxrin u tletin, u wieħed mill-erba' referis Ewropej li ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-1930 ġewwa l-Urugwaj. Hu kien l-uniku uffiċċjal minn Franza matul dan it-turnew.

Karriera[editja]

Hu kien ilu referì internazzjonali mill-1922 u darbtejn idderieġa l-Coupe de France (fl-1926 u l-1928). Hu vvjaġġa lejn l-Urugwaj bl-''SS'' Conte Verde, vapur li kellu wkoll lil Jules Rimet u t-tim Franċiż, Belġajn, Rumen u Brażiljan għall-ewwel Tazza tad-Dinja.

Konfużjoni fuq art twelidu u ismu[editja]

Cris Freddi, storiku tal-futbol Ingliż, stqarr li Balvay seta' kien Ingliż li kien jgħix Pariġi fis-snin sittin u għalhekk seta' kien l-ewwel Ingliż li qatt ħa sehem f'Tazza tad-Dinja.[2] Freddi kiteb: "Huwa maħsub li Balway kien Ingliż li kien jgħix Pariġi. Il-websajt tal-federazzjoni Franċiża ssejjaħlu Georges Balvay, imma apparentament dan huwa żball (sorsi kontemporanji Franċiżi jiktbuh Balway, fosthom Le Figaro tas-7 ta' Mejju 1928 wara l-finali tat-Tazza Franċiża) u sorsi oħra jsejħulu John". Din ġiet użata minn oħrajn sabiex jenfasizzaw il-punt li kien veru li kien Ingliż li għex u ħadem Pariġi fis-snin għoxrin.[3]

Kien hemm ukoll kwistjoni dwar il-verżjoni t-tajba ta' ismu. Il-federazzjoni tal-futbol Franċiża tniżżel ismu bħala Georges Balvay u Thomas Balvay. FIFA tindika ismu bħala John Balway. Edizzjoni tal-1923 ta' El Mundo Deportivo tiktbu bħala Balvey, però għaxar edizzjonijiet oħra tal-istess gazzetta jniżżluh bħala Balway.[4]

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ġermaniż) John Balway. weltfussball.de
  2. ^ George Moorhouse, imwieled Ingliż, lagħab għall-Istati Uniti f'din l-istess kompetizzjoni
  3. ^ (Ingliż) The Finals of the 1930 World Cup. h2g2.com, 20 ta' Ġunju 2002
  4. ^ (Ingliż) Brazil - Bolivia. FIFA