Eurotamandua

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Tamanduwa Ewropew)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Eurotamandua
Firxa tal-fossili: Eoċen kmieni san-nofs
Eurotamandua joresi 1.jpg
Eurotamandua joresi
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Ordni: Afredentata
Familja: Eurotamanduidae
Ġeneru: Eurotamandua

L-Eurotamandua (Tamandua Ewropew) huwa pangolin estint li kien twil madwar 90 ċentimetru jew 3 piedi. Oriġinarjament, l-ewwel darba li kien ġie skopert, ix-xjentisti ħasbu li kien xi speċi ta' bunemmiel amerikan jew kif inhuma magħrufin ukoll wikkiela n-nemmel amerikani, dan kollu l' għaliex ma kellux il-karatteristika ewlenija tal-pangolini, l-iskalji magħmulin mix-xagħar iċċementat flimkien. B' hekk wara eżaminazzjoni aktar fir-reqqa meta nstab li t-tamandua Ewropew ma kellux il-karatteristika ewlenija jew primarja tal-ksenartrani ("xenarthrans"), l' hekk imsejjħa ġogi ksenartrani misjuba fil-mammiferi kollha ta' l-ordijiet Cingulata u Pilosa.

L-Eurotamandua kien wieħed mill-ewwel speċi membri tal-familja Manidae, u għalkemm minn naħa ma kellux l-iskalji minn naħa l' oħra kellu l-kumplament tal-karatteristiċi kollha l' oħra tal-pangolini: dwiefer twal, denb twil, wiċċ tawwali u l-istess ilsien twil u jwaħħal. Presumibilment dan kien jiekol in-nemel u t-termiti bħal pangolini ukoll.

L-Eurotamandua issemma hekk minħabba ix-xebħ kbir li hemm mal-bunemmiela amerikani moderni tas-siġar tal-ġeneru Tamandua.

Minkejja li t-Tamandua Ewropew huwa l-aktar pangolin anatomikament primittiv, dan mhuwiex l-antenat tal-pangolini moderni, għax il-pangolin ta' l-Eoċen tal-ġeneru Eomanis kien kontemporanju tiegħu. Huwa preżunt li Eomanis u Eurotamandua bħala ġeneri infirdu mill-antenat komuni tagħhom, jew tard fil-Paleoċen, jew kmieni fl-Eoċen.

Fil-kultura popolari[editja]

It-Tamanduwa Ewropew deher għal ftit ħin fl-ewwel Episodju tas-sensiela Walking with Beasts u kien użat tamanduwa amerikan.

Ħoloq Esterni[editja]

Fotografija tal-fossilu