Roman Kienast

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Roman Kienast
Informazzjoni personali
Twelid29 ta' Marzu 1984 (1984-03-29) (39 sena)
SaliżburguAwstrija
Tul1.90 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1989–1999ASV Vösendorf
1999–2002Rapid Wien
Karriera professjonali
SninKlabb
2001–2004Rapid Wien Amateure
2002–2006Rapid Wien
2004–2005SC Rheindorf Altach (self)
2006–2009Ham-Kam
2008Helsingborgs IF (self)
2010–2012Sturm Graz
2012–2015Austria Wien
2015–2017Sturm Graz
2017–2018FC Wil
2018–2019Wiener Neustadt
2019–2020SV Stripfing
Tim nazzjonali
2006–2007Awstrija U-21
2007–2011Awstrija

Roman Kienast (Saliżburgu, 29 ta' Marzu 1984) huwa plejer tal-futbol Awstrijakk li jilgħab bħala attakkant.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Kienast issieħeb fit-tim taż-żgħażagħ ta' Rapid Wien fl-età ta' 14-il sena. Huwa għamel id-debutt mat-tim tal-kbar fl-2002. Fiż-żewġ staġuni ta' wara, huwa għamel 24 apparenza fil-Bundesliga Awstrijaka, iżda ma skorja l-ebda gowl. Fl-2004, ġie misluf lil Rheindorf Altach, allura niżel jilagħab fl-Ewwel Diviżjoni Awstrijaka (it-tieni livell). Wara li skorja 4 gowls f'6 logħbiet, kien malajr issejjaħ lura ma' Rapid. Matul il-bqija tal-istaġun huwa għamel 21 dehra mat-tim ta' Vjenna, u finalment irnexxielu jiskorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Bundesliga. L-istaġun spiċċa fil-glorja għat-tim hekk kif rebaħ it-titlu tal-kampjonat.

Eżatt qabel il-bidu tal-istaġun 2006, Kienast mar b'self mal-klabb Norveġiż ta' Hamarkameratene (Ham-Kam). Wara prestazzjonijiet konvinċenti matul l-ewwel nofs tal-istaġun Ham-Kam iddeċidew li jixtruh. Madankollu, ma rnexxielux jipprevjeni lit-tim milli jaqa' għal dak l-istaġun. Fl-istaġun ta' wara, Ham-Kam ġew promossi lura għall-Premier League Norveġiż, b'Kienast jilgħab parti integrali fil-kampanja billi jiskorja 14-il gowl.[1]

Mis-27 ta' Mejju, 2008, Kienast ma skorjax matul l-istaġun 2008 fir-rimonta ta' Ham-Kam għat-tiġrija lura lejn l-ogħla livell.

Fil-31 ta' Lulju 2008, Kienast ġie trasferit ma' Helsingborgs IF ta' Allsvenskan fl-Iżvezja fuq self għall-bqija tas-sena bl-għażla li jixtruh.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Kienast huwa plejer regolari fl-iskwadra Awstrijaka u s'issa lagħab 6 darbiet għal pajjiżu. Huwa skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim tal-kbar fis-27 ta' Mejju f'logħba ta' ħbiberija kontra n-Niġerja. Wara dik il-logħba, il-kowċ Josef Hickersberger għażlu fl-iskwadra finali għall-Kampjonati Ewropej tal-2008.[2]

Ħajja personali[immodifika | immodifika s-sors]

Roman huwa bin l-eks-plejer ta' Rapid Wien, Wolfgang Kienast u n-neputi tal-eks-futboler Awstrijak internazzjonali Reinhard Kienast.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Rapid Wien
Sturm Graz

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Kienast – Ham-Kam presentation". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-06. Miġbur 2013-02-27.
  2. ^ "Kienast included in Austria's Uefa Euro squad". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-11. Miġbur 2013-02-27.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]